Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CA0153

    Kawża C-153/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tas-6 ta’ April 2017 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tas-Slovenja (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ħażna mhux xierqa ta’ kwantità kbira ta’ tyres użati — Skart li ma jirrispettax ir-rekwiżiti ffissati mid-Direttivi 2008/98/KE u 1999/31/KE — Perikolu persistenti u kontinwu għall-ambjent u għas-saħħa tal-bniedem)

    ĠU C 168, 29.5.2017, p. 16–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    29.5.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 168/16


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tas-6 ta’ April 2017 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tas-Slovenja

    (Kawża C-153/16) (1)

    ((Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Ħażna mhux xierqa ta’ kwantità kbira ta’ tyres użati - Skart li ma jirrispettax ir-rekwiżiti ffissati mid-Direttivi 2008/98/KE u 1999/31/KE - Perikolu persistenti u kontinwu għall-ambjent u għas-saħħa tal-bniedem))

    (2017/C 168/20)

    Lingwa tal-kawża: is-Sloven

    Partijiet

    Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Sanfrutos Cano u D. Kukovec, aġenti)

    Konvenuta: Ir-Repubblika tas-Slovenja (rappreżentant: A. Grum, aġent)

    Dispożittiv

    1)

    Peress li ppermettiet fuq art miksija biż-żrar li tinsab fit-territorju tal-komun ta’ Lovrenc na Dravskem polju (is-Slovenja) un perikolu persistenti u kontinwu għall-ambjent u għas-saħħa tal-bniedem, minħabba ħażna mhux xierqa ta’ kwantità kbira ta’ tyres użati, flimkien ma skart ieħor u bir-rimi tagħhom bi ksur tar-rekwiżiti imposti fid-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE, tas-26 ta’ April 1999, dwar ir-rimi ta’ skart f’terraferma [landfill], ir-Repubblika tas-Slovenja kisret l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 5(3)(d) ta’ din id-direttiva u tal-Artikoli 12 u 13 kif ukoll tal-Artikolu 36(1) tad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-19 ta’ Novembru 2008, dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi.

    2)

    Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

    3)

    Ir-Repubblika tas-Slovenja hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll żewġ terzi ta’ dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

    4)

    Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tbati terz tal-ispejjeż tagħha stess.


    (1)  ĠU C 222, 20.6.2016.


    Top