This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62015TN0589
Case T-589/15: Action brought on 12 October 2015 — Eurorail v Commission and INEA
Kawża T-589/15: Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Ottubru 2015 – Eurorail vs Il-Kummissjoni u INEA
Kawża T-589/15: Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Ottubru 2015 – Eurorail vs Il-Kummissjoni u INEA
ĠU C 27, 25.1.2016, p. 61–62
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
25.1.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 27/61 |
Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Ottubru 2015 – Eurorail vs Il-Kummissjoni u INEA
(Kawża T-589/15)
(2016/C 027/78)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Eurorail NV (Aalst, il-Belġju) (rappreżentant: J. Derenne, N. Pourbaix u M. Domecq, avukati)
Konvenuti: L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Innovazzjoni u n-Netwerks (INEA) u Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tikkonstata skont l-Artikolu 272 TFUE li d-deċiżjoni tal-INEA tas-17 ta’ Lulju 2015 li tirrexxindi l-Ftehim ta’ sussidju (1) u li tordna l-ħlas lura ta’ parti mill-pagamenti bil-quddiem imħallsa lir-rikorrenti hija illegali u inapplikabbli u li l-ammont finali tal-pagamenti bil-quddiem dovuti lir-rikorrenti għandu jiġi ffissat għal EUR 951 813 EUR; |
— |
sussidjarjament, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni u l-INEA għandhom jiġu ddikjarati kuntrattwalment responsabbli għat-telf li ġie kkawżat lilha minħabba d-deċiżjoni u tordna l-ħlas lura ta’ EUR 581 770 EUR (somma flimkien mal-interessi); |
— |
sussidjarjament, tordna lill-INEA/lill-Kummissjoni jirtiraw id-deċiżjoni; |
— |
tikkundanna lill-INEA/lill-Kummissjoni għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li l-INEA u l-Kummissjoni kisru l-obbligi tagħhom taħt il-Ftehim ta’ sussidju. Konsegwentement, ir-rikorrenti ssostni li kien żbaljat li l-Ftehim ta’ sussidju ġie rexiss u li ntalab il-ħlas lura ta’ parti mis-sussidji li ngħatawlha. |
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li l-INEA u l-Kummissjoni kisru l-prinċipju li l-obbligi kuntrattwali għandhom jitwettqu in bona fide. |
3. |
It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li l-INEA u l-Kummissjoni kisru l-aspettattivi leġittimi tar-rikorrenti. |
(1) Ftehim ta’ sussidjuMPO/09/058/SI1.5555667 “RAIL2” (Marco Polo II Call 2009).