This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62015TN0539
Case T-539/15: Action brought on 17 September 2015 — LLR-G5 v OHIM — Glycan Finance (SILICIUM ORGANIQUE G5 LLR-G5)
Kawża T-539/15: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Settembru 2015 – LLR-G5 vs UASI – Glycan Finance (SILICIUM ORGANIQUE G5 LLR-G5)
Kawża T-539/15: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Settembru 2015 – LLR-G5 vs UASI – Glycan Finance (SILICIUM ORGANIQUE G5 LLR-G5)
ĠU C 381, 16.11.2015, p. 50–51
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
16.11.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 381/50 |
Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Settembru 2015 – LLR-G5 vs UASI – Glycan Finance (SILICIUM ORGANIQUE G5 LLR-G5)
(Kawża T-539/15)
(2015/C 381/61)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: LLR-G5 Ltd (Castlebar, l-Irlanda) (rappreżentanti: A. von Mühlendahl u H. Hartwig, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Glycan Finance Corp. Ltd (Sheffield, ir-Renju Unit)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Applikant tat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrent
Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja figurattiva bil-kulur li tinkludi l-elementi verbali “SILICIUM ORGANIQUE G5 LLR-G5” – Applikazzjoni għal Trade mark Komunitarja Nru 10 424 703
Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-11 ta’ Ġunju 2015 fil-Każ R 2912014-1
Talbiet
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn ċaħdet l-appell tar-rikorrenti kontra d-Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tas-27 ta’ Novembru 2013 fil-każ B 2 027 053, u sa fejn din laqgħet l-appell tal-parti l-oħra kontra l-istess deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni; |
— |
tiċħad l-oppożizzjoni tal-parti l-oħra għar-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja tar-rikorrenti Nru 1 042 4703; |
— |
tikkundanna lill-UASI u lill-parti l-oħra, jekk din tintervjeni f’din il-proċedura, għall-ispejjeż. |
Motiv invokat
— |
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009. |