Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015TN0452

    Kawża T-452/15: Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Awwissu 2015 – Petrov et vs Il-Parlament Ewropew

    ĠU C 363, 3.11.2015, p. 39–40 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    3.11.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 363/39


    Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Awwissu 2015 – Petrov et vs Il-Parlament Ewropew

    (Kawża T-452/15)

    (2015/C 363/48)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: Andrei Petrov (St. Petersburg, ir-Russja), Fedor Biryukov (Moska, ir-Russja), Alexander Sotnichenko (St. Petersburg, ir-Russja) (rappreżentant: P. Richter, avukat)

    Konvenut: Il-Parlament Ewropew

    Talbiet

    Ir-rikorrenti jitolbu lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla l-projbizzjoni tal-aċċess għall-bini tal-Parlament Ewropew imposta mill-President tal-Parlament Ewropew fir-rigward tar-rikorrenti fis-16 ta’ Ġunju 2015;

    tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw żewġ motivi.

    1.

    L-ewwel motiv: ksur tal-Artikolu 21 tal-Karta tad-Drittijet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

    Ir-rikorrenti jsostnu li huma ġarrbu diskriminazzjoni sempliċement minħabba n-nazzjonalità tagħhom u bi ksur tal-Artikolu 21 tal-Karta tad-Drittijet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, peress li ma hemmx raġunijiet sostantivi għall-projbizzjoni. Barra minn hekk, fil-fehma tar-rikorrenti, il-preżenza tagħhom fil-bini tal-Parlament Ewropew ma kienet toħloq ebda riskju għas-sigurtà u għall-funzjonament tal-Parlament.

    2.

    It-tieni motiv: użu ħażin ta’ poter

    Ir-rikorrenti jsostnu li l-azzjonijiet tal-President tal-Parlament Ewropew huma manifestament arbitrarji u dijametrikament opposti għall-projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni fid-dritt primarju.


    Top