Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015TN0440

Kawża T-440/15: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Lulju 2015 – European Dynamics Luxembourg et vs L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini

ĠU C 337, 12.10.2015, p. 31–32 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

12.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 337/31


Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Lulju 2015 – European Dynamics Luxembourg et vs L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini

(Kawża T-440/15)

(2015/C 337/32)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: European Dynamics Luxembourg SA (Lussemburgu, il-Lussemburgu), Evropaiki Dinamiki – Proigmena Sistimata Tilepikinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (Ateni, il-Greċja), European Dynamics Belgium SA (Βrussell, il-Belġju) (rappreżentanti: I. Ambazis u M. Sfyri, avukati)

Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla l–Formola ta’ Talba għal Servizzi tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini Nru SC002, fil-kuntest tal-Ftehim Qafas EMA/2012/10/ICT, li ġie kkomunikat lir-rikorrenti fit-22 ta’ Mejju 2015, permezz ta’ posta elettronika mill-Kap tal-Unità Ċentrali tal-Provvisti; u

tikkundanna lill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għall-ispejjeż kollha tar-rikorrenti

Motivi u argumenti prinċipali

Fil-fehma tar-rikorrenti, il-Formola ta’ Talba għal Servizzi kkontestata għandha tiġi annullata skont l-Artikolu 263 TFUE, għaliex l-EMA bidlet il-kriterji ta’ għoti li kienu stabbiliti fl-Ispeċifikazzjonijiet Tekniċi, u introduċiet kriterji ġodda fl-istadju fejn tintbagħat il-formola ta’ talba għas-servizzi ta’ analisti tan-negozju (Business Analysts).


Top