EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015TN0399

Kawża T-399/15: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Lulju 2015 – Morgan & Morgan vs UASI – Grupo Morgan & Morgan (Morgan & Morgan)

ĠU C 311, 21.9.2015, p. 56–57 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

21.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 311/56


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Lulju 2015 – Morgan & Morgan vs UASI – Grupo Morgan & Morgan (Morgan & Morgan)

(Kawża T-399/15)

(2015/C 311/61)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Morgan & Morgan International Insurance Brokers S.r.l. (Conegliano, l-Italja) (rappreżentanti: F. Gatti u F. Caricato, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Grupo Morgan & Morgan (Ciudad de Panamá, Panama)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Applikant: ir-rikorrenti

Trade mark ikkontestata kkonċernata: Trade mark Komunitarja figurattiva li tinkludi l-elementi verbali “Morgan & Morgan” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 11 596 087

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: Deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tas-7 ta’ Mejju 2015 fil-Każ R 1657/2014-1

Talbiet

tirrikonoxxi u tiddikjara li r-rikors ippreżentat mill-appellant huwa ammissibbli u fondat;

tbiddel d-deċiżjoni kkontestata;

tagħti preċedenza lil reġistrazzjoni definittiva tat-trade mark Komunitarja Nru 11 596 087 fl-isem ta’ Morgan & Morgan International Insurance Brokers s.r.l. fi klassi 36;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż tat-tliet proċeduri.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


Top