EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015TN0357

Kawża T-357/15 P: Appell ippreżentat fis-7 ta’ Lulju 2015 minn Maria Luisa Garcia Minguez mid-digriet mogħti fit-28 ta’ April 2015 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-72/14, Garcia Minguez vs Il-Kummissjoni

ĠU C 279, 24.8.2015, p. 49–50 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

24.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 279/49


Appell ippreżentat fis-7 ta’ Lulju 2015 minn Maria Luisa Garcia Minguez mid-digriet mogħti fit-28 ta’ April 2015 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-72/14, Garcia Minguez vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-357/15 P)

(2015/C 279/62)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Maria Luisa Garcia Minguez (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: L. Ortiz Blanco u Á. Givaja Sanz, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea tat-28 ta’ April 2015 fil-Kawża F-72/14;

tiddeċiedi l-Kawża F-72/14 u tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li l-appellanti ma tiġix ammessa għall-kompetizzjoni interna COM/3/AD9/13; u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tagħha, l-appellanti tinvoka tliet aggravji.

1.

L-ewwel aggravju bbażat fuq żball ta’ liġi fl-interpretazzjoni tal-kunċetti ta’ “Kummissjoni” u “istituzzjoni” li jinsabu fl-avviż ta’ kompetizzjoni u fl-Artikoli 27 u 29 tar-Regolamenti tal-Persunal. Ir-rikorrenti ssostni li l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura (EACEA) għandha titqies li tagħmel parti mill-Kummissjoni sabiex jiġu ddeterminati l-persuni eżiġibbli għall-kompetizzjoni interna.

2.

It-tieni aggravju bbażat fuq żball ta’ liġi fl-interpretazzjoni tal-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ nondiskriminazzjoni kif ukoll tal-Artikoli 27 u 29 tar-Regolamenti tal-Persunal. L-appellanti ssostni li huwa illegali li l-persunal li jaħdem direttament għal istituzzjoni, inkluż dak ikkollokat ma’ aġenzija eżekuttiva, jiġi ammess għal kompetizzjoni interna filwaqt li, fl-istess ħin, persunal ieħor li jaħdem għall-istess aġenzija jiġi eskluż.

3.

It-tielet aggravju, invokat sussidjarjament, ibbażat fuq ksur tal-obbligu li tingħata tweġiba għal motiv tar-rikors, fuq nuqqas ta’ motivazzjoni u fuq żball ta’ liġi fl-interpretazzjoni tal-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ nondiskriminazzjoni kif ukoll tal-atti tal-istituzzjonijiet. L-appellanti ssostni li s-sitwazzjoni partikolari tagħha – hija kienet eżerċitat, bil-kunsens tal-Kummissjoni, funzjonijiet ta’ kap ta’ diviżjoni f’żewġ diviżjonijiet li jidhru fl-organigramma tal-Kummissjoni – tiġġustifika li hija tiġi ammessa għall-kompetizzjoni interna kkonċernata.


Top