Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015TN0263

    Kawża T-263/15: Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Mejju 2015 – Gmina Miasto Gdynia u Port Lotniczy Gdynia Kosakowo vs Il-Kummissjoni

    ĠU C 254, 3.8.2015, p. 16–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    3.8.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 254/16


    Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Mejju 2015 – Gmina Miasto Gdynia u Port Lotniczy Gdynia Kosakowo vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-263/15)

    (2015/C 254/20)

    Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

    Partijiet

    Rikorrenti: Gmina Miasto Gdynia (Gdynia, il-Polonja) u Port Lotniczy Gdynia Kosakowo sp. zo. o. (Gdynia) (rappreżentanti: T. Koncewicz, K. Gruszecka-Spychała u M. Le Berre, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

    Talbiet

    tiddikjara invalida u tannulla fl-intier tagħha d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea, tas-26 ta’ Frar 2015, dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.35 388 (2013/C) (ex 2013/NN u ex 2012/N), il-Polonja, “Kostruzzjoni tal-ajruport ta’ Gdynia Kosakowo”;

    tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw, inter alia, il-motivi segwenti:

    1.

    L-ewwel motiv

    Arbitrarjetà u żball flagranti fil-konstatazzjonijiet ta’ fatt li abbażi tagħhom ġiet adottata d-deċiżjoni kkontestata, nuqqas konsegwenti min-naħa tal-Kummissjoni li tibqa’ fil-limiti tad-diskrezzjoni tagħha, u żbalji manifesti fl-evalwazzjoni tal-provi.

    2.

    It-tieni motiv

    Nuqqas min-naħa tal-Kummissjoni li tieħu inkunsiderazzjoni fatturi u ċirkustanzi li huma rilevanti għall-evalwazzjoni ġuridika tal-investiment fl-ajruport Gdynia-Kosakowo.

    3.

    It-tielet motiv

    Nuqqas min-naħa tal-Kummissjoni li tibqa’ fil-limiti tad-diskrezzjoni tagħha fis-sens tal-ġurisprudenza li tenfasizza l-obbligu ta’ istituzzjoni li għandha diskrezzjoni li tispjega għalfejn provi u fatti speċifiċi ttieħdu inkunsiderazzjoni, filwaqt li oħrajn ġew miċħuda.

    4.

    Ir-raba’ motiv

    Ksur tal-Artikolu 107(1) TFUE flimkien ma’ prinċipju ġenerali tad-dritt Ewropew – il-prinċipju ta’ ċertezza legali u ta’ lealtà tal-istituzzjoni fil-konfront ta’ persuni suġġetti għal-liġi – minħabba applikazzjoni u interpretazzjoni żbaljati.

    5.

    Il-ħames motiv

    Ksur minħabba klassifikazzjoni legali żbaljata tal-fatti u tal-provi, li rriżultat fi ksur mid-deċiżjoni kkontestata tal-Artikolu 107(1) TFUE għaliex ġie kkonstatat li f’dan il-każ, il-kundizzjonijiet għar-rikonoxximent li l-azzjonijiet tar-rikorrenti jissodisfaw it-test tal-investitur privat ma ġewx sodisfatti u ma ġiex stabbilit li l-proġett ta’ investiment kien ser jitwettaq minn investitur privat, bil-konsegwenza li l-investiment Gdynia-Kosakowo kien jiddependi fuq għajnuna pubblika mhux awtorizzata.


    Top