Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015TB0764

Kawża T-764/15: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Mejju 2019 — Deutsche Lufthansa vs Il-Kummissjoni (Rikors għal annullament — Għajnuna mill-Istat — Miżuri implementati mill-Ġermanja favur l-ajruport ta’ Frankfut-Hahn — Deċiżjoni li tiddikkjara l-għajnuna parzjalment kompatibbli mas-suq intern — Deċiżjoni li tikkonstata l-assenza ta’ għajnuna mill-Istat — Għajnuna diretta — Nuqqas ta’ inċidenza individwali — Inammissibbiltà)

ĠU C 246, 22.7.2019, p. 20–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

22.7.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 246/20


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Mejju 2019 — Deutsche Lufthansa vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-764/15) (1)

(Rikors għal annullament - Għajnuna mill-Istat - Miżuri implementati mill-Ġermanja favur l-ajruport ta’ Frankfut-Hahn - Deċiżjoni li tiddikkjara l-għajnuna parzjalment kompatibbli mas-suq intern - Deċiżjoni li tikkonstata l-assenza ta’ għajnuna mill-Istat - Għajnuna diretta - Nuqqas ta’ inċidenza individwali - Inammissibbiltà)

(2019/C 246/20)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Deutsche Lufthansa AG (Cologne, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Martin-Ehlers, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Maxian Rusche, K. Herrmann u D. Recchia, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Land Rheinland-Pfalz (il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Koenig, professeur)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/788 tal-1 ta’ Ottubru 2014, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.32833 (11/C) (ex 11/NN) implementata mill-Ġermanja li tirrigwarda l-modi ta’ finanzjament tal-ajruport ta’ Frankfur-Hahn adottati mill-2009 sal-2011 (ĠU 2016, L 134, p. 1).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Deutsche Lufthansa AG għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-Kummissjoni u tal-Land Rheinland-Pfalz


(1)  ĠU C 68, 22.2.2016.


Top