Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015TB0603

    Kawża T-603/15: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Marzu 2017 – Frank vs Il-Kummissjoni (“Rikors għal annullament — Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni Horizon 2020 — Sejħiet għal proposti u attivitajiet konnessi taħt il-programm ta’ ħidma tal-KER 2015 — Deċiżjoni tal-ERCEA li tiddikjara mhux eliġibbli l-proposta ppreżentata mir-rikorrenti — Deċiżjoni impliċita tal-Kummissjoni li tirrifjuta l-azzjoni amministrattiva dwar id-deċiżjoni tal-ERCEA — Indikazzjoni żbaljata tal-konvenut — Inammissibbiltà”)

    ĠU C 178, 6.6.2017, p. 19–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    6.6.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 178/19


    Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Marzu 2017 – Frank vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-603/15) (1)

    ((“Rikors għal annullament - Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni Horizon 2020 - Sejħiet għal proposti u attivitajiet konnessi taħt il-programm ta’ ħidma tal-KER 2015 - Deċiżjoni tal-ERCEA li tiddikjara mhux eliġibbli l-proposta ppreżentata mir-rikorrenti - Deċiżjoni impliċita tal-Kummissjoni li tirrifjuta l-azzjoni amministrattiva dwar id-deċiżjoni tal-ERCEA - Indikazzjoni żbaljata tal-konvenut - Inammissibbiltà”))

    (2017/C 178/25)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: Regine Frank (Bonn, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment W. Trautner, sussegwentement E. Niitväli, M. Reysen, sussegwentement E. Niitväli, M. Reysen u S. Wachs, u finalment S. Conrad, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal u B. Conte, aġenti)

    Suġġett

    Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew tar-Riċerka (ERCEA), tal-5 ta’ Ġunju 2015, li tikkonċerna, fil-kuntest tal-programm “ERC starting grant”, il-proposta Nru 680151 rar-rikorrenti li ma ġietx suġġetta għal evalwazzjoni pożittiva waqt l-ewwel stadju u li ma ġietx ammessa għall-eżami tat-tieni stadju u tad-deċiżjoni impliċita tal-Kummissjoni li tiċħad l-azzjoni amministrattiva ppreżentata mir-rikorrenti, skont l-Artikolu 22(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003, tad-19 ta’ Diċembru 2002, li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b’ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 4, p. 235).

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

    2)

    Regine Frank u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


    (1)  ĠU C 48, 8.2.2016.


    Top