EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015TA0502

Kawża T-502/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Ottubru 2017 – Spanja vs Il-Kummissjoni (“FAEG u FAEŻR — Infiq eskluż mill-finanzjament — Infiq imġarrab minn Spanja — Korrezzjonijiet finanzjarja b’rata fissa — Regolamenti (KE) Nru 1290/2005 u (UE) Nru 1306/2013 — Obbligu ta’ motivazzjoni — Oneru tal-prova — Proporzjonalità — Drittijiet tad-difiża”)

ĠU C 412, 4.12.2017, p. 24–24 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

201711170341555672017/C 412/345022015TC41220171204MT01MTINFO_JUDICIAL20171019242411

Kawża T-502/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Ottubru 2017 – Spanja vs Il-Kummissjoni (“FAEG u FAEŻR — Infiq eskluż mill-finanzjament — Infiq imġarrab minn Spanja — Korrezzjonijiet finanzjarja b’rata fissa — Regolamenti (KE) Nru 1290/2005 u (UE) Nru 1306/2013 — Obbligu ta’ motivazzjoni — Oneru tal-prova — Proporzjonalità — Drittijiet tad-difiża”)

Top

C4122017MT2410120171019MT0034241241

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Ottubru 2017 – Spanja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-502/15) ( 1 )

“(“FAEG u FAEŻR — Infiq eskluż mill-finanzjament — Infiq imġarrab minn Spanja — Korrezzjonijiet finanzjarja b’rata fissa — Regolamenti (KE) Nru 1290/2005 u (UE) Nru 1306/2013 — Obbligu ta’ motivazzjoni — Oneru tal-prova — Proporzjonalità — Drittijiet tad-difiża”)”

2017/C 412/34Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: inizjalment L. Banciella Rodríguez-Miñón, sussegwentment M. Sampol Pucurull, A. Gavela Llopis u V. Ester Casas, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment J. Guillem Carrau u D. Triantafyllou, sussegwentment D. Triantafyllou u I. Galindo Martín, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1119, tat-22 ta’ Ġunju 2015, li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri skont il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU 2015, L 182, p. 39), sa fejn tikkonċerna ċerti korrezzjonijiet magħmula fir-rigward tal-Cataluña, minn naħa, u tal-Canarias, min-naħa l-oħra.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ir-Renju ta’ Spanja huwa kkundannat ibati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk tal-Kummissjoni Ewropea.


( 1 ) ĠU C 346, 19.10.2015.

Top