Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015TA0435

    Kawża T-435/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Ottubru 2017 – Kolachi Raj Industrial vs Il-Kummisjoni (“Dumping — Importazzjoni ta’ roti kkunsinnati mill-Kambodja, mill-Pakistan u mill-Filippini — Estensjoni għal dawn l-importazzjonijiet tad-dazju antidumping definittiv stabbilit fuq l-importazzjonijiet ta’ roti li joriġinaw miċ-Ċina — Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/776 — Artikolu 13(2)(a) u (b) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 — Operazzjonijiet ta’ assemblaġġ — Provenjenza u oriġini ta’ komponenti tar-roti — Ċertifikati ta’ oriġini — Valur probatorju insuffiċjenti — Spejjeż tal-manifattura ta’ komponenti tar-roti”)

    ĠU C 402, 27.11.2017, p. 23–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    27.11.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 402/23


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Ottubru 2017 – Kolachi Raj Industrial vs Il-Kummisjoni

    (Kawża T-435/15) (1)

    ((“Dumping - Importazzjoni ta’ roti kkunsinnati mill-Kambodja, mill-Pakistan u mill-Filippini - Estensjoni għal dawn l-importazzjonijiet tad-dazju antidumping definittiv stabbilit fuq l-importazzjonijiet ta’ roti li joriġinaw miċ-Ċina - Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/776 - Artikolu 13(2)(a) u (b) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 - Operazzjonijiet ta’ assemblaġġ - Provenjenza u oriġini ta’ komponenti tar-roti - Ċertifikati ta’ oriġini - Valur probatorju insuffiċjenti - Spejjeż tal-manifattura ta’ komponenti tar-roti”))

    (2017/C 402/29)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Kolachi Raj Industrial (Private) Ltd (Karachi, il-Pakistan) (rappreżentant: P. Bentley, QC)

    Konvenuta: Il-Kummisjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-F. Brakeland, M. França u A. Demeneix, aġenti)

    Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: European Bicycle Manufacturers Association (EBMA) (rappreżentanti: L. Ruessmann, avukat u J. Beck, solicitor)

    Suġġett

    Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/776, tat-18 ta’ Mejju 2015, li jestendi d-dazju antidumping definittiv impost mir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 502/2013 fuq importazzjonijiet ta’ roti li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għal fuq importazzjonijiet ta’ roti kkonsenjati mill-Kambodja, mill-Pakistan u mill-Filippini, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mill-Kambodja, mill-Pakistan u mill-Filippini kif ukoll jekk le (ĠU 2015, L 122, p. 4), sa fejn jikkonċerna lir-rikorrenti.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/776, tat-18 ta’ Mejju 2015, li jestendi d-dazju antidumping definittiv impost mir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 502/2013 fuq importazzjonijiet ta’ roti li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għal fuq importazzjonijiet ta’ roti kkonsenjati mill-Kambodja, mill-Pakistan u mill-Filippini, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mill-Kambodja, mill-Pakistan u mill-Filippini kif ukoll jekk le, huwa annullat sa fejn jirrigwarda lil Kolachi Raj Industrial (Private) Ltd.

    2)

    Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha u għal dawk sostnuti minn Kolachi Raj Industrial (Private).

    3)

    European Bicycle Manufacturers Association (EBMA) għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


    (1)  ĠU C 328, 05.10.2015.


    Top