Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015TA0238

    Kawża T-238/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Settembru 2017 – Novartis vs EUIPO – Meda (Zimara) [“Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali Zimara — Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali preċedenti FEMARA — Raġuni relattiva għal rifjut — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009 — Artikolu 76(1) tar-Regolament Nru 207/2009 — Obbligu li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors fl-intier tiegħu — L-ewwel sentenza tal-Artikolu 64(1) tar-Regolament Nru 207/2009”]

    ĠU C 374, 6.11.2017, p. 27–27 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    6.11.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 374/27


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Settembru 2017 – Novartis vs EUIPO – Meda (Zimara)

    (Kawża T-238/15) (1)

    ([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali Zimara - Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali preċedenti FEMARA - Raġuni relattiva għal rifjut - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009 - Artikolu 76(1) tar-Regolament Nru 207/2009 - Obbligu li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors fl-intier tiegħu - L-ewwel sentenza tal-Artikolu 64(1) tar-Regolament Nru 207/2009”])

    (2017/C 374/40)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Novartis AG (Basel, l-Isvizzera) (rappreżentant: M. Douglas, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: H. O’Neill, aġent)

    Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Meda AB (Solna, l-Isvezja)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-6 ta’ Marzu 2015 (Każ R 636/2014-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Novartis u Meda.

    Dispożittiv

    1)

    Id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tas-6 ta’ Marzu 2015 (Każ R 636/2014-5) hija annullata inkwantu l-Bord tal-Appell naqas milli jagħti deċiżjoni dwar ir-rikors ippreżentat quddiemu għal dak li jikkonċerna l-“prodotti veterinarji”.

    2)

    Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

    3)

    Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


    (1)  ĠU C 228, 13.7.2015.


    Top