Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015TA0107

    Kawżi T-107/15 u T-347/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Settembru 2017 – Uganda Commercial Impex vs Il-Kunsill (“Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi meħuda kontra r-Repubblika Demokratika tal-Kongo — Iffriżar ta’ fondi — Lista ta’ persuni, entitajiet u organi li jaġixxu bi ksur għall-embargo tal-armi fir-rigward tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo — Żamma tal-isem tar-rikorrenti fuq il-lista”)

    ĠU C 369, 30.10.2017, p. 7–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    30.10.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 369/7


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Settembru 2017 – Uganda Commercial Impex vs Il-Kunsill

    (Kawżi T-107/15 u T-347/15) (1)

    ((“Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra r-Repubblika Demokratika tal-Kongo - Iffriżar ta’ fondi - Lista ta’ persuni, entitajiet u organi li jaġixxu bi ksur għall-embargo tal-armi fir-rigward tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo - Żamma tal-isem tar-rikorrenti fuq il-lista”))

    (2017/C 369/08)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Uganda Commercial Impex Ltd (Kampala, l-Uganda) (rappreżentanti: fil-Kawża T-107/15, S. Zaiwalla, P. Reddy, Z. Burbeza, A. Meskarian, K. Mittal, solicitors, u R. Blakeley, barrister, u, fil-Kawża T-347/15, S. Zaiwalla, P. Reddy, A. Meskarian, K. Mittal u R. Blakeley)

    Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: fil-Kawża T-107/15, inizjalment B. Driessen u E. Dumitriu-Segnana, sussegwentement B. Driessen u M. Veiga, aġenti, u, fil-Kawża T-347/15, B. Driessen, E. Dumitriu-Segnana u M. Veiga)

    Suġġett

    Fil-Kawża T-107/15, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2014/862/PESK, tal-1 ta’ Diċembru 2014, li timplimenta d-Deċiżjoni 2010/788/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ĠU 2014, L 346, p. 36), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1275/2014, tal-1 ta’ Diċembru 2014, li jimplimenta l-Artikolu 9(1) u (4) tar-Regolament (KE) Nru 1183/2005 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra persuni li jaġixxu bi ksur għall-embargo tal-armi fir-rigward tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ĠU 2014, L 346, p. 3) u, jekk meħtieġ, li l-Artikolu 9(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1183/2005, tat-18 ta’ Lulju 2005, li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra persuni li jaġixxu bi ksur għall-embargo tal-armi fir-rigward tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ĠU 2008, L 352 M, p. 231), ikun iddikjarat inapplikabbli għar-rikorrenti u, fil-Kawża T-347/15, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/620, tal-20 ta’ April 2015, li temenda d-Deċiżjoni 2010/788/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ĠU 2015, L 102, p. 43), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/614, tal-20 ta’ April 2015, li jimplimenta l-Artikolu 9(4) tar-Regolament (KE) Nru 1183/2005 (ĠU 2015, L 102, p. 10) u, jekk meħtieġ, li l-Artikolu 9(1) tar-Regolament Nru 1183/2005 jiġi ddikjarat inapplikabbli għar-rikorrenti.

    Dispożittiv

    1)

    Il-Kawżi T-107/15 u T-347/15 huma magħquda għall-finijiet tas-sentenza.

    2)

    Ir-rikorsi huma miċħuda.

    3)

    Uganda Commercial Impex Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 171, 26.5.2015.


    Top