Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015TA0068

    Kawża T-68/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Settembru 2018 – HH Ferries et vs Il-Kummissjoni “Għajnuna mill-Istat — Għajnuna favur il-konnessjoni fissa bil-ferrovija u bit-triq tas-Sund — Finanzjament pubbliku mogħti mill-Istat Svediż u mill-Istat Daniż għall-proġett infrastrutturali ta’ konnessjoni fissa li tittraversa s-Sund — Garanziji statali — Għajnuna fiskali — Deċiżjoni li ma jitqajmux oġġezzjonijiet — Deċiżjoni li tikkonstata l-assenza ta’ għajnuna mill-Istat — Rikors għal annullament — Att li jista’ jiġi kkontestat — Ammissibbiltà — Nuqqas ta’ ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali — Diffikultajiet serji — Kunċett ta’ skema ta’ għajnuna — Għajnuna intiża sabiex tippromwovi t-twettiq ta’ proġett kbir ta’ interess Ewropew komuni — Evalwazzjoni tal-element tal-għajnuna f’garanzija — Natura limitata tal-għajnuna f’garanzija — Proporzjonalità — Aspettattivi leġittimi”

    ĠU C 392, 29.10.2018, p. 20–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    29.10.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 392/20


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Settembru 2018 – HH Ferries et vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-68/15) (1)

    (“Għajnuna mill-Istat - Għajnuna favur il-konnessjoni fissa bil-ferrovija u bit-triq tas-Sund - Finanzjament pubbliku mogħti mill-Istat Svediż u mill-Istat Daniż għall-proġett infrastrutturali ta’ konnessjoni fissa li tittraversa s-Sund - Garanziji statali - Għajnuna fiskali - Deċiżjoni li ma jitqajmux oġġezzjonijiet - Deċiżjoni li tikkonstata l-assenza ta’ għajnuna mill-Istat - Rikors għal annullament - Att li jista’ jiġi kkontestat - Ammissibbiltà - Nuqqas ta’ ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali - Diffikultajiet serji - Kunċett ta’ skema ta’ għajnuna - Għajnuna intiża sabiex tippromwovi t-twettiq ta’ proġett kbir ta’ interess Ewropew komuni - Evalwazzjoni tal-element tal-għajnuna f’garanzija - Natura limitata tal-għajnuna f’garanzija - Proporzjonalità - Aspettattivi leġittimi”)

    (2018/C 392/23)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: HH Ferries I/S, li kienet Scandlines Øresund I/S (Elseneur, id-Danimarka), HH Ferries Helsingor ApS (Elseneur), HH Ferries Helsingborg AB, li kienet HH-Ferries Helsingborg AB (Helsingborg, l-Isvezja) (rappreżentanti: M. Johansson, R. Azelius, P. Remnelid u L. Sandberg-Mørch, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: L. Flynn, S. Noë, R. Sauer u L. Armati, aġenti)

    Intervenjenti insostenn tal-kovenuta: Ir-Renju tad-Danimarka (rappreżentanti: inizjalment minn C. Thorning, sussegwentement minn J. Nymann-Lindegren, aġenti, assistiti minn R. Holdgaard, avukat), ir-Renju tal-Isvezja (rappreżentanti: inizjalment E. Karlsson, L. Swedenborg, A. Falk, C. Meyer-Seitz, U. Persson u N. Otte Widgren, sussegwentement minn A. Falk, C. Meyer-Seitz, L. Zettergren u H. Shev, aġenti)

    Suġġett

    Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 7358 finali tal-15 ta’ Ottubru 2014 li ma tikklassifikax ċerti miżuri bħala għajnuna u li ma tqajjimx oġġezzjonijiet wara l-proċedura ta’ investigazzjoni preliminari prevista fl-Artikolu 108(3) TFUE kontra l-għajnuna mill-Istat SA.36558 (2014/NN) u SA.38371 (2014/NN) – Id-Danimarka, u SA.36662 (2014/NN) – L-Isvezja, dwar il-finanzjament pubbliku tal-proġett ta’ infrastruttura ta’ konnessjoni fissa bil-ferrovija u bit-triq tas-Sund (ĠU 2014, C 418, p. 1ĠU 2014, C 437, p. 1).

    Dispożittiv

    1)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea C(2014) 7358 finali tal-15 ta’ Ottubru 2014 hija annullata sa fejn din iddeċidiet li ma tqajjimx oġġezzjonijiet fir-rigward tal-għajnuna fiskali relatata mad-deprezzament tal-attiv u mat-trasferiment ’il quddiem tat-telf mogħtija lil Øresundsbro Konsortiet mir-Renju tad-Danimarka u tal-garanziji mogħtija lil Øresundsbro Konsortiet mir-Renju tad-Danimarka u r-Renju tal-Isvezja.

    2)

    Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

    3)

    Il-Kummissjoni għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, l-ispejjeż sostnuti minn HH Ferries I/S, HH Ferries Helsingor ApS u HH Ferries Helsingborg AB.

    4)

    Ir-Renju tad-Danimarka u r-Renju tal-Isvezja għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess.


    (1)  ĠU C 138, 27.4.2015.


    Top