EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015FN0144

Kawża F-144/15: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Novembru 2015 – ZZ vs EASA

ĠU C 48, 8.2.2016, p. 102–102 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

8.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 48/102


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Novembru 2015 – ZZ vs EASA

(Kawża F-144/15)

(2016/C 048/118)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: S. Orlandi u T. Martin, avukati)

Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà fl-Avjazzjoni (EASA)

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

Annullament tad-deċiżjoni tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà fl-Avjazzjoni li ma jiġġeddidx il-leave għal raġunijiet personali bla ħlas tar-rikorrent għal sena addizzjonali.

Talbiet

jannulla d-deċiżjoni tal-awtorità li għandha s-setgħa tikkonkludi kuntratti ta’ reklutaġġ li jiġġeddidx il-leave bla ħlas tar-rikorrent għal sena addizzjonali;

jikkundanna lill-EASA għall-ispejjeż.


Top