Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015FN0124

    Kawża F-124/15: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Settembru 2015 – ZZ vs Il-Kunsill

    ĠU C 414, 14.12.2015, p. 42–42 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    14.12.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 414/42


    Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Settembru 2015 – ZZ vs Il-Kunsill

    (Kawża F-124/15)

    (2015/C 414/52)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: T. Bontinck u A. Guillerme, avukati)

    Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

    Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

    Annullament tad-deċiżjoni li ma tilqax it-talba mressqa mir-rikorrent għal tluq għall-irtirar antiċipat, inkwantu din ittieħdet wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolamenti tal-Persunal il-ġodda, fejn b’hekk irtirat id-deċiżjoni favorevoli preċedenti, kif ukoll it-talba għal kumpens għad-danni materjali u morali allegatament imġarrba.

    Talbiet

    jannulla d-deċiżjoni kkontestata tat-12 ta’ Novembru 2014 u, konsegwentement,

    jindennizza d-dannu subit mir-rikorrent, stmat, suġġett għal żieda jew għal tnaqqis matul il-proċedura, għal EUR 85  353,96 (ħamsa u tmenin elf, tliet mija u tlieta u ħamsin Euro u sitta u disgħin ċenteżmu), flimkien mal-interessi mid-data tat-tressiq tal-ilment tat-12 ta’ Frar 2015, ikkalkolati abbażi tar-rata ffissata mill-Bank Ċentrali Ewropew għat-tranżazzjonijiet prinċipali ta’ rifinanzjament, applikabbli matul il-perijodu kkonċernat, miżjuda b’żewġ punti;

    jikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.


    Top