This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62015FN0042
Case F-42/15: Action brought on 10 March 2015 — ZZ v Commission
Kawża F-42/15: Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Marzu 2015 – ZZ vs Il-Kummissjoni
Kawża F-42/15: Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Marzu 2015 – ZZ vs Il-Kummissjoni
ĠU C 178, 1.6.2015, p. 28–29
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
1.6.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 178/28 |
Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Marzu 2015 – ZZ vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-42/15)
(2015/C 178/32)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: ZZ (rappreżentant: A. Salerno, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima
Annullament tar-rendikont tar-remunerazzjoni tax-xahar ta’ Mejju 2014, sa fejn japplika r-Regolament Nru 423/2014 tal-Parlament u tal-Kunsill, tas-16 ta’ April 2014, li jaġġusta, b’effett mill-1 ta’ Lulju 2012, ir-remunerazzjoni u l-pensjonijiet tal-uffiċjali u ta’ aġenti oħra tal-UE, anki dan illegali sa fejn ma jipprevedix koeffiċjent ta’ korrezzjoni tar-remunerazzjoni allokata għall-uffiċjali li jaħdmu fil-Lussemburgu, fejn l-ispiża għall-għajxien hija kunsiderevolment ogħla milli fi Brussell.
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tannulla d-deċiżjoni li tiffissa r-remunerazzjoni tagħha għax-xahar ta’ Mejju 2014, sa fejn ma ħallitiehx tibbenefika minn kwalunkwe koeffiċjent ta’ korrezzjoni; |
— |
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż kollha tal-proċeduri. |