Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015FN0013

    Kawża F-13/15: Rikors ippreżentat fis- 26 ta’ Jannar 2015 – ZZ et vs Il-Kummissjoni

    ĠU C 89, 16.3.2015, p. 50–50 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    16.3.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 89/50


    Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Jannar 2015 – ZZ et vs Il-Kummissjoni

    (Kawża F-13/15)

    (2015/C 089/62)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: ZZ et (rappreżentanti: J.-N. Louis, R. Metz, N. de Montigny, D. Verbeke u T. Van Lysebeth, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni

    Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

    Annullament tad-deċiżjonijiet li jistabbilixxu d-drittijiet tar-rikorrenti għar-rimbors tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar annwali skont l-Artikolu 8 tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal, kif emendati bir-Regolament Nru 1023/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ottubru 2013, li jemenda r-Regolamenti tal-Persunal u l-Kondizzjonijiet tal-impjieg

    Talbiet tar-rikorrenti

    jiddikjara l-Artikolu 8 tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal illegali u mhux applikabbli;

    jannulla d-deċiżjonijiet li jħassru kull rimbors tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar annwali tar-rikorrenti mis-sena 2014;

    jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.


    Top