EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015FA0061

Kawża F-61/15: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-20 ta’ Jannar 2016 – Proia vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Membru tal-persunal bil-kuntratt — Remunerazzjoni — Allowance tal-espatrijazzjoni — Kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 4(1)(a) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal — Residenza abitwali ta’ qabel il-bidu tal-eżċerizzju tal-funzjonijiet — Perijodu ta’ studji segwiti minn perijodu ta’ prova u minn kuntratti suċċessivi ta’ xogħol fl-Istat tal-assenjazzjoni — Volontà preżunta tal-aġent ikkonċernat li jċaqlaq iċ-ċentru permanenti tal-interessi tiegħu sa mill-bidu tal-istudji tiegħu lejn l-Istat tal-assenjazzjoni — Assenza)

ĠU C 78, 29.2.2016, p. 36–36 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

29.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 78/36


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-20 ta’ Jannar 2016 – Proia vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-61/15) (1)

((Servizz pubbliku - Membru tal-persunal bil-kuntratt - Remunerazzjoni - Allowance tal-espatrijazzjoni - Kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 4(1)(a) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal - Residenza abitwali ta’ qabel il-bidu tal-eżċerizzju tal-funzjonijiet - Perijodu ta’ studji segwiti minn perijodu ta’ prova u minn kuntratti suċċessivi ta’ xogħol fl-Istat tal-assenjazzjoni - Volontà preżunta tal-aġent ikkonċernat li jċaqlaq iċ-ċentru permanenti tal-interessi tiegħu sa mill-bidu tal-istudji tiegħu lejn l-Istat tal-assenjazzjoni - Assenza))

(2016/C 078/49)

Lingwa tal-kawża:Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Alessandro Proia (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Orlandi u T. Martin, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T.S. Bohr u F. Simonetti, aġenti)

Suġġett tal-kawża

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-uffiċċju ta’ amministrazzjoni u ta’ likwidazzjoni tad-drittijiet individwali tal-Kummissjoni tal-25 ta’ Settembru 2014 li tirrifjuta l-benefiċċju tal-allowance tal-espatrijazzjoni lir-rikorrent.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tal-25 ta’ Settembru 2014 li tirrifjuta li tagħti lil Proia l-benefiċċju tal-allowance tal-espatrijazzjoni abbażi tal-Artikolu 4(1)(a) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea hija annullata.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha u hija kkundannata għall-ispejjeż sostnuti minn Proia.


(1)  ĠU C 221, 6.07.2015, p. 27.


Top