This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62015CU0001
Opinion 1/15: Request for an opinion submitted by the European Parliament pursuant to Article 218(11) TFEU
Opinjoni 1/15: Talba għal opinjoni mressqa mill-Parlament Ewropew skont l-Artikolu 218(11) TFUE
Opinjoni 1/15: Talba għal opinjoni mressqa mill-Parlament Ewropew skont l-Artikolu 218(11) TFUE
ĠU C 138, 27.4.2015, p. 24–24
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
27.4.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 138/24 |
Talba għal opinjoni mressqa mill-Parlament Ewropew skont l-Artikolu 218(11) TFUE
(Opinjoni 1/15)
(2015/C 138/32)
Lingwa tal-kawża: il-lingwi uffiċjali kollha
Talba mressqa minn
Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: F. Drexler, A. Caiola, D. Moore, aġenti)
Domandi magħmula lill-Qorti tal-Ġustizzja
— |
Il-ftehim maħsub (1) huwa kompatibbli mad-dispożizzjonijiet tat-Trattati (Artikolu 16 TFUE) u mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea [Artikoli 7, 8 u 52(1)] sa fejn huwa kkonċernat id-dritt tal-persuni fiżiċi għall-protezzjoni tad-data personali? |
— |
L-Artikolu 82(1)(d) u l-Artikolu 87(2)(a) TFUE jikkostitwixxu l-bażi legali adegwata għall-att tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-ftehim maħsub jew dan l-att għandu jkun ibbażat fuq l-Artikolu 16 TFUE? |
(1) Ftehim bejn il-Kanada u l-Unjoni Ewropea dwar it-trasferiment u l-ipproċessar tad-data tar-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri.