Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CN0625

    Kawża C-625/15 P: Appell ippreżentat fit-23 ta’ Novembru 2015 minn Schniga GmbH mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fl-10 ta’ Settembru 2015 fil-Kawżi magħquda T-91/14 u T-92/14, Schniga GmbH vs Community Plant Variety Office

    ĠU C 27, 25.1.2016, p. 27–28 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    25.1.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 27/27


    Appell ippreżentat fit-23 ta’ Novembru 2015 minn Schniga GmbH mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fl-10 ta’ Settembru 2015 fil-Kawżi magħquda T-91/14 u T-92/14, Schniga GmbH vs Community Plant Variety Office

    (Kawża C-625/15 P)

    (2016/C 027/31)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Appellanti: Schniga GmbH (rappreżentanti: G. Würtenberger, R. Kunze, avukati)

    Partijiet oħra fil-proċedura: Community Plant Variety Office, Brookfield New Zealand Ltd, Elaris SNC

    Talbiet

    tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Settembru 2015 fil-Kawżi magħquda T-91/14 u T-92/14;

    tikkundanna lis-CPVO u lill-intervenjenti għall-ispejjeż.

    Aggravji u argumenti prinċipali

    Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi fl-applikazzjoni tal-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 2100/94 (1) dwar drittijiet ta’ varjetajiet ta’ pjanti fil-Komunità (iktar ’il quddiem is-CPVR) kif ukoll l-Artikoli 22 u 23 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1239/95 (2) tal-31 ta’ Mejju 1995.

    Il-Qorti Ġenerali evalwat b’mod żbaljat il-kompetenza tal-President tal-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti fl-inklużjoni ta’ karatteristiċi addizzjonali fil-proċess ta’ eżami ta’ varjetà sabiex tingħata protezzjoni tal-Komunità fil-varjetà tal-pjanti.

    Il-Qorti Ġenerali evalwat b’mod żbaljat in-natura legali ta’ protokolli tekniċi u linji gwida li għandhom jiġu applikati fl-eżami tekniku ta’ dritt Komunitarju ta’ varjetajiet ta’ pjanti li għalih saret applikazzjoni, li jirriżulta f’evalwazzjoni żbaljata tal-qafas ta’ żmien li fih il-President tal-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti jista’ jiddeċiedi li karatteristika ġdida għal determinazzjoni ta’ distintività tal-varjetà ġdida għandha tittieħed inkunsiderazzjoni.

    Il-Qorti Ġenerali wettqet żball meta evalwat il-konsegwenza tal-applikazzjoni tal-prinċipji ta’ ċertezza legali, tal-oġġettività tal-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti u ugwaljanza fit-trattament fir-rigward tad-deċiżjonijiet tal-President tal-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti fl-eżami ta’ varjetà ġdida.


    (1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94, tas-27 ta’ Lulju 1994, dwar drittijiet ta’ varjetajiet ta’ pjanti fil-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 16, p. 390).

    (2)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1239/95, tal-31 ta’ Mejju 1995, li jistabbilixxi r-regoli ta’ implimentazzjoni sabiex jiġi applikat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94 rigward il-proċedimenti quddiem l-Uffiċċju Komunitarju tal-Varjetajiet tal-Pjanti (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 17, p. 327).


    Top