This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62015CN0613
Case C-613/15: Request for a preliminary ruling from the Juzgado de Primera Instancia No 5 de Alcobendas (Spain) lodged on 20 November 2015 — Ibercaja Banco S.A.U. v José Cortés González
Kawża C-613/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de Primera Instancia n° 5 de Alcobendas (Spanja) fl-20 ta’ Novembru 2015 – Ibercaja Banco S.A.U. vs José Cortés González
Kawża C-613/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de Primera Instancia n° 5 de Alcobendas (Spanja) fl-20 ta’ Novembru 2015 – Ibercaja Banco S.A.U. vs José Cortés González
ĠU C 48, 8.2.2016, p. 17–17
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
8.2.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 48/17 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de Primera Instancia no 5 de Alcobendas (Spanja) fl-20 ta’ Novembru 2015 – Ibercaja Banco S.A.U. vs José Cortés González
(Kawża C-613/15)
(2016/C 048/23)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Juzgado de Primera Instancia no 5 de Alcobendas
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Ibercaja Banco S.A.U.
Konvenut: José Cortés González
Domandi preliminari
1) |
L-Artikoli 3(1), 4(1), 6(1) u 7(1) tad-Direttiva 93/13/KEE (1), tal-5 ta’ April 1993, jipprekludu regola nazzjonali bħall-Artikolu 114 tal-ligi dwar l-ipoteki, li tippermetti lil qorti nazzjonali, meta tevalwa n-natura inġusta ta’ klawżola li tiffissa interessi moratorji, tistħarreġ biss jekk ir-rata ta’ interessi miftiehma hijiex iktar minn tliet darbiet ogħla mir-rata ta’ interess legali, u mhux li tieħu inkunsiderazzjoni ċirkustanzi ohra? |
2) |
L-Artikoli 3(1), 4(1), 6(1) u 7(1) tad-Direttiva 93/13/KEE, jipprekludu regola nazzjonali bħall-Artikolu 693 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili Spanjol, li tippermetti li jintalab l-ammont sħiħ ta’ self b’mod antiċipat minħabba nuqqas ta’ ħlas ta’ tliet pagamenti ta’ kull xahar, mingħajr ma jittieħdu inkunsiderazzjoni fatturi oħra bħat-tul jew l-ammont tas-self jew kull raġuni ohra rilevanti, u li, barra minn hekk, tissuġġetta l-possibbiltà li jiġu evitati l-effetti ta’ din l-iskadenza antiċipata għar-rieda tal-kreditur, minbarra fil-każijiet li fihom l-ipoteka hija marbuta fuq ir-residenza abitwali tad-debitur? |
3) |
Ir-raba’ dispożizzjoni tranżitorja tal-Ligi 1/2013 hija kuntrarja għall-ġurisprudenza COFIDIS (2)? |
(1) Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288)
(2) Sentenza C-473/00, EU:C:2002:705.