This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62015CN0378
Case C-378/15: Request for a preliminary ruling from the Commissione Tributaria Regionale di Roma (Italy) lodged on 16 July 2015 — Mercedes Benz Italia SpA v Agenzia delle Entrate Direzione Provinciale Roma 3
Kawża C-378/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Commissione Tributaria Regionale di Roma (L-Italja) fis-16 ta’ Lulju 2015 – Mercedes Benz Italia SpA vs Agenzia delle Entrate Direzione Provinciale Roma 3
Kawża C-378/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Commissione Tributaria Regionale di Roma (L-Italja) fis-16 ta’ Lulju 2015 – Mercedes Benz Italia SpA vs Agenzia delle Entrate Direzione Provinciale Roma 3
ĠU C 337, 12.10.2015, p. 4–4
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
12.10.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 337/4 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Commissione Tributaria Regionale di Roma (L-Italja) fis-16 ta’ Lulju 2015 – Mercedes Benz Italia SpA vs Agenzia delle Entrate Direzione Provinciale Roma 3
(Kawża C-378/15)
(2015/C 337/05)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Commissione Tributaria Regionale di Roma
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Mercedes Benz Italia SpA
Konvenuta: Agenzia delle Entrate Direzione Provinciale Roma 3
Domanda preliminari
Għall-finijiet tal-eżerċizzju tad-dritt għat-tnaqqis, il-leġiżlazzjoni Taljana (preċiżament l-Artikoli 19(5) u 19-bis tad-Digriet tal-President tar-Repubblika Nru 633/1972) u l-prassi tal-amministrazzjoni fiskali nazzjonali, li jimponu li jsir riferiment għall-kompożizzjoni tad-dħul mill-bejgħ tal-operatur, inkluż sabiex jiġu identifikati l-operazzjonijiet imsejjħa anċillari, mingħajr ma jipprevedu metodu ta’ kalkolu li jkun ibbażat fuq il-kompożizzjoni u d-destinazzjoni effettiva tax-xiri, u li jirrifletti oġġettivament is-sehem ta’ imputazzjoni reali tal-ispejjeż sostnuti f’kull waħda mill-attivitajiet – intaxxati jew mhux intaxxati – eżerċitati mill-persuna taxxabbli, imorru kontra interpretazzjoni tal-Artikoli 168, 173, 174 u 175 tad-Direttiva 2006/112/KE (1) ibbażata fuq il-prinċipji ta’ proporzjonalità, ta’ effettività u ta’ newtralità, kif stabbiliti fid-dritt tal-Unjoni?
(1) Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1).