Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CN0102

    Kawża C-102/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Ítélőtábla (l-Ungerija) fit-2 ta’ Marzu 2015 – Gazdasági Versenyhivatal vs Siemens Aktiengesellschaft Österreich

    ĠU C 171, 26.5.2015, p. 19–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    26.5.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 171/19


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Ítélőtábla (l-Ungerija) fit-2 ta’ Marzu 2015 – Gazdasági Versenyhivatal vs Siemens Aktiengesellschaft Österreich

    (Kawża C-102/15)

    (2015/C 171/22)

    Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

    Qorti tar-rinviju

    Fővárosi Ítélőtábla

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Gazdasági Versenyhivatal

    Konvenuti: Siemens Aktiengesellschaft Österreich

    Domanda preliminari

    Il-kreditu li għandu l-oriġini tiegħu fir-rimbors – li iktar tard irriżulta mhux iġġustifikat – lil parti stabbilita fi Stat Membru ieħor ta’ multa li ġiet imposta fil-kuntest ta’ proċedimenti fil-qasam tal-kompetizzjoni u li hija ħallset, kreditu li l-awtorità tal-kompetizzjoni ssostni kontra l-parti inkwistjoni sabiex jiġu rkuprati l-interessi li hija kienet ħallset konformement ma’ dak li l-liġi tipprovdi fil-każ ta’ rimbors, jaqa’ f’materja li għandha x’taqsam ma’ kważi delitt fis-sens tal-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) tal-Kunsill Nru 44/2001 (1), tat-22 ta’ Diċembru 2000?


    (1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42).


    Top