This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62015CJ0255
Judgment of the Court (Third Chamber) of 22 June 2016.#Steef Mennens v Emirates Direktion für Deutschland.#Request for a preliminary ruling from the Amtsgericht Düsseldorf.#Reference for a preliminary ruling — Air transport — Regulation (EC) No 261/2004 — Article 2(f) and Article 10(2) — Partial reimbursement of the ticket price where a passenger is downgraded on a flight — Concepts of ‘ticket’ and ‘price of the ticket’ — Calculation of the reimbursement owed to the passenger.#Case C-255/15.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-22 ta’ Ġunju 2016.
Steef Mennens vs Emirates Direktion für Deutschland.
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Düsseldorf.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Trasport bl-ajru – Regolament (KE) Nru 261/2004 – Artikolu 2(f) u Artikolu 10(2) – Rimbors parzjali tal-prezz tal-biljett fil-każ li l-passiġġier fuq titjira jitqiegħed fi klassi inferjuri – Kunċetti ta’ ‘biljett’ u ta’ ‘prezz tal-biljett’ – Kalkolu tar-rimbors dovut lill-passiġġier.
Kawża C-255/15.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-22 ta’ Ġunju 2016.
Steef Mennens vs Emirates Direktion für Deutschland.
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Düsseldorf.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Trasport bl-ajru – Regolament (KE) Nru 261/2004 – Artikolu 2(f) u Artikolu 10(2) – Rimbors parzjali tal-prezz tal-biljett fil-każ li l-passiġġier fuq titjira jitqiegħed fi klassi inferjuri – Kunċetti ta’ ‘biljett’ u ta’ ‘prezz tal-biljett’ – Kalkolu tar-rimbors dovut lill-passiġġier.
Kawża C-255/15.
Court reports – general
ECLI identifier: ECLI:EU:C:2016:472
SENTENZA TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tielet Awla)
22 ta’ Ġunju 2016 ( *1 )
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Trasport bl-ajru — Regolament (KE) Nru 261/2004 — Artikolu 2(f) u Artikolu 10(2) — Rimbors parzjali tal-prezz tal-biljett fil-każ li l-passiġġier fuq titjira jitqiegħed fi klassi inferjuri — Kunċetti ta’ ‘biljett’ u ta’ ‘prezz tal-biljett’ — Kalkolu tar-rimbors dovut lill-passiġġier”
Fil-Kawża C‑255/15,
li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Amtsgericht Düsseldorf (qorti distrettwali ta’ Düsseldorf, il-Ġermanja), permezz ta’ deċiżjoni tat-30 ta’ April 2015, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fid-29 ta’ Mejju 2015, fil-proċedura
Steef Mennens
vs
Emirates Direktion für Deutschland,
IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tielet Awla),
komposta minn L. Bay Larsen, President tal-Awla, D. Šváby, J. Malenovský (Relatur), M. Safjan u M. Vilaras, Imħallfin,
Avukat Ġenerali: Y. Bot,
Reġistratur: A. Calot Escobar,
wara li rat il-proċedura bil-miktub,
wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:
— |
għal S. Mennens, minnu stess, |
— |
għal Emirates Direktion für Deutschland, minn U. Steppler, avukat, |
— |
għall-Gvern Taljan, minn G. Palmieri, bħala aġent, assistita minn C. Colelli u de F. Di Matteo, avvocati dello Stato, |
— |
għall-Kummissjoni Ewropea, minn W. Mölls u K.P. Wojcik kif ukoll minn N. Yerrell, bħala aġenti, |
wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,
tagħti l-preżenti
Sentenza
1 |
It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikoli 2(f) u 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Frar 2004, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10). |
2 |
Din it-talba ġiet ippreżentata fil-kuntest ta’ kawża bejn Steef Mennens u Emirates Direktion für Deutschland (iktar ’il quddiem “Emirates”) dwar talba għal rimbors parzjali tal-prezz ta’ biljett wara tqegħid fi klassi inferjuri. |
Il-kuntest ġuridiku
3 |
Il-premessi 1, 2 u 4 tar-Regolament Nru 261/2004 jipprevedu:
[...]
|
4 |
L-Artikolu 2 ta’ dan ir-regolament, intitolat “Definizzjonijiet”, jistabbilixxi li, għall-finijiet ta’ dan ir-regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
5 |
L-Artikolu 8 tal-imsemmi regolament, intitolat “Dritt għar-rimbors jew rotta differenti”, jipprevedi fil-paragrafu 1 tiegħu: “Fejn referenza hi magħmula għal dan l-Artikolu, passiġġieri għandhom jiġu offruti l-għażla bejn:
[...]” |
6 |
L-Artikolu 10 tal-istess regolament, intitolat “Titjieb u tnaqqis fil-grad [klassi]”, jipprevedi fil-paragrafu 2 tiegħu: “Jekk trasportatur ta’ l-ajru li jopera jpoġġi passiġġier fi klassi aktar baxxa minn dik għal liema l-biljett ġie akkwistat, għandu fi żmien sebat ijiem, permezz tal-mezzi previsti fl-Artikolu 7(3), jagħti rimbors ta’
|
Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari
7 |
S. Mennens irriżerva u xtara biljett kollox kompriż li jippermettih jieħu sensiela ta’ titjiriet operati minn Emirates. Dawn it-titjiriet kienu rispettivament minn Düsseldorf (il-Ġermanja) lejn Dubaï (l-Emirati Għarab Magħquda), matul il-lejl tas-26 sas-27 ta’ Lulju 2013, minn Dubaï lejn Tokjo (il-Ġappun), fid-29 ta’ Lulju 2013, minn Singapor (Singapor) lejn Dubaï, matul il-lejl tat-23 sal-24 ta’ Awwissu 2013 u minn Dubaï lejn Frankfurt (il-Ġermanja), fl-24 ta’ Awwissu 2013. Għal dak li jirrigwarda t-titjiriet bejn Düsseldorf, Dubaï u Tokjo, il-passiġġier kellu jivvjaġġa fl-ewwel klassi, filwaqt li għal dak li jirrigwarda t-titjiriet bejn Singapor, Dubaï u Frankfurt, il-passiġġier kellu jivvjaġġa f’business class. Il-biljett kien jindika separatament it-“tariffa” tat-titjiriet kollha mixtrija minn S. Mennens, jiġiferi EUR 2371, il-varji “taxxi u miżati” relatati u t-“total” ta’ dawn l-elementi, jiġifieri EUR 471.92, iżda ma kienx jindika l-prezz ta’ kull waħda mit-titjiriet ikkonċernati. |
8 |
Billi Emirates niżżlet lil S. Mennens mill-ewwel klassi għal business class bejn Düsseldorf u Dubaï, il-persuna kkonċernata talbitha r-rimbors ta’ EUR 1853.94, li jikkorrispondi għal 75 % tal-prezz tal-biljett tiegħu, taxxi u miżati inklużi, skont l-Artikolu 10(2)(ċ) tar-Regolament Nru 261/2004. Bi tweġiba għal din it-talba, Emirates irrimborsat lil S. Mennens is-somma ta’ EUR 376. |
9 |
Fil-kuntest tal-kawża bejn Emirates u S. Mennens quddiem l-Amtsgericht Düsseldorf (qorti distrettwali ta’ Düsseldorf, il-Ġermanja), Emirates sostniet essenzjalment, minn naħa, li, fil-każ li biljett jippermetti li jittieħdu sensiela ta’ titjiriet u li fuq waħda minn dawn it-titjiriet jew sensiela ta’ titjiriet il-passiġġier jitqiegħed fi klassi inferjuri, il-perċentwali ta’ rimbors prevista fl-Artikolu 10(2)(ċ) tar-Regolament Nru 261/2004 ma għandhiex tiġi applikata għall-prezz globali ta’ dan il-biljett iżda biss għall-prezz tat-titjira jew sensiela ta’ titjiriet ikkonċernata. Hija ssostni, min-naħa l-oħra, li din il-perċentwali ma għandhiex tiġi applikata għall-prezz li jinkludi t-taxxi u l-miżati tal-imsemmija titjira jew sensiela ta’ titjiriet, iżda biss għall-prezz mingħajr taxxi. |
10 |
Il-qorti tar-rinviju ssostni li s-soluzzjoni għal dan l-aspett tat-tilwima tiddependi mill-interpretazzjoni li għandha tingħata lill-Artikolu 2(f) flimkien mal-Artikolu 10(2)(ċ) tar-Regolament Nru 261/2004. |
11 |
Huwa f’dawn iċ-ċirkustanzi li l-Amtsgericht Düsseldorf (qorti distrettwali ta’ Düsseldorf) iddeċidiet li tissospendi l-proċedura quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:
|
Fuq il-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja
12 |
Emirates tikkontesta l-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tirrispondi għat-talba għal deċiżjoni preliminari, billi ssostni li l-qorti tar-rinviju stess ma għandhiex il-ġurisdizzjoni sabiex tieħu konjizzjoni tal-kawża prinċipali. |
13 |
F’dan ir-rigward, għandu jiġi osservat li l-allegat nuqqas ta’ ġurisdizzjoni tal-qorti tar-rinviju huwa irrilevanti għal dak li jirrigwarda l-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja. |
14 |
Fil-fatt, permezz tat-talba għal deċiżjoni preliminari tagħha, il-qorti tar-rinviju titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi dwar l-interpretazzjoni tar-Regolament Nru 261/2004. Billi dan tal-aħħar jikkostitwixxi att meħud mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha evidentement il-ġurisdizzjoni sabiex tiddeċiedi dwar l-imsemmija talba, skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 267 TFUE. |
15 |
Barra minn hekk, mill-proċess jirriżulta li l-interpretazzjoni mitluba lill-Qorti tal-Ġustizzja hija neċessarja sabiex tippermetti lill-qorti tar-rinviju tagħti d-deċiżjoni tagħha fil-kawża prinċipali. F’dawn iċ-ċirkustanzi, ma hijiex il-Qorti tal-Ġustizzja, fid-dawl tat-tqassim ta’ funzjonijiet bejnha u l-qrati nazzjonali, li għandha tivverifika jekk id-deċiżjoni li biha hija ġiet adita ttieħditx skont ir-regoli ta’ organizzazzjoni u ta’ proċedura tad-dritt nazzjonali (sentenza tat-23 ta’ Novembru 2006, Asnef-Equifax u Administración del Estado, C‑238/05, EU:C:2006:734, punt 14 u l-ġurisprudenza ċċitata) jew, għaldaqstant, li tiċħad it-talba għal deċiżjoni preliminari. |
Fuq id-domandi preliminari
Fuq l-ewwel u t-tieni domanda
16 |
Permezz tal-ewwel u tat-tieni domanda tagħha, li għandhom jiġi eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju tistaqsi essenzjalment jekk l-Artikolu 10(2) flimkien mal-Artikolu 2(f) tar-Regolament Nru 261/2004 għandhomx jiġu interpretati fis-sens li, fil-każ li passiġġier fuq titjira jitqiegħed fi klassi inferjuri:
|
17 |
F’dan ir-rigward, l-Artikolu 10(2)(a) sa (ċ) tar-Regolament Nru 261/2004 jipprevedi li, jekk trasportatur tal-ajru li jopera jpoġġi passiġġier fi klassi inferjuri minn dik li għaliha l-biljett ikun inxtara, huwa għandu jirrimborsa parti mill-prezz ta’ dan il-biljett, li huwa ddeterminat fih innifsu skont, b’mod partikolari, id-distanza tat-titjiriet ikkonċernati. |
18 |
Għaldaqstant, din id-distinzjoni toħloq rabta bejn il-kunċetti ta’ “biljett” u ta’ “titjira”. |
19 |
Il-kunċett ta’ “biljett” huwa ddefinit, skont il-kliem tal-Artikolu 2(f) tar-Regolament Nru 261/2004, bħala dokument validu li jistabbilixxi d-dritt għat-transport tal-passiġġier, jew dokument ekwivalenti mhux fil-forma ta’ karta, maħruġ jew awtorizzat mit-trasportatur tal-ajru jew mill-aġent awtorizzat tiegħu. |
20 |
Min-naħa tiegħu, il-kunċett ta’ “titjira” ma huwiex iddefinit mir-Regolament Nru 261/2004. Madankollu, minn ġursiprudenza stabbilita jirriżulta li titjira essenzjalment tikkonsisti f’operazzjoni tat-trasport bl-ajru, li hija b’hekk, b’ċertu mod, “unità” ta’ dan it-trasport, imwettqa minn trasportatur tal-ajru li jistabbilixxi r-rotta tiegħu (sentenzi tal-10 ta’ Lulju 2008, Emirates Airlines, C‑173/07, EU:C:2008:400, punt 40, u tat-13 ta’ Ottubru 2011, Sousa Rodríguez et, C‑83/10, EU:C:2011:652, punt 27). |
21 |
Għaldaqstant, il-biljett huwa d-dokument li jagħti lill-passiġġier dritt għal trasport, li huwa stess jista’ jirrigwarda, skont il-każ, titjira waħda jew iktar. |
22 |
Kull waħda minn dawn it-titjiriet li tikkostitwixxi unità ta’ trasport hija, bħala prinċipju, intiża li titwettaq skont il-kundizzjonijiet miftiehma bejn il-passiġġier u t-trasportatur tal-ajru. Fost dawn il-kundizzjonijiet hemm b’mod partikolari t-tqegħid tal-imsemmi passiġġier fi klassi speċifika, li għaliha jkun inxtara l-biljett tiegħu skont il-kliem stess tal-Artikolu 10(2) tar-Regolament Nru 261/2004. |
23 |
Għaldaqstant, il-biljett fil-pussess tal-passiġġier jagħti, b’mod partikolari, lil dan tal-aħħar id-dritt li jiġi ttrasportat fuq titjira waħda speċifika jew iktar, billi jitqiegħed fil-klassi miftiehma fuq kull waħda minn dawn it-titjiriet. |
24 |
Issa, meta t-trasportatur tal-ajru jqiegħed dan il-passiġġier, fuq titjira partikolari, fi klassi inferjuri għal dik li għalija l-biljett tiegħu jkun nxtara, l-imsemmi passiġġier ma jibbenefikax, fuq it-titjira inkwistjoni, mis-servizz miftiehem inkambju għall-prezz imħallas. Min-naħa l-oħra, dan it-tnaqqis fil-klassi ma jaffettwax is-servizzi miftiehma għat-titjiriet l-oħra li l-biljett jippermetti, jekk ikun il-każ, lill-imsemmi passiġġieri jieħu. |
25 |
Konsegwentement, l-Artikolu 10(2) tar-Regolament Nru 261/2004 ma japplikax għal dawn it-titjiriet l-oħra. |
26 |
Din l-analiżi hija kkorroborata mill-għan tar-Regolament Nru 261/2004, li jikkonsisti, hekk kif jirriżulta mill-premessi 1, 2 u 4 ta’ dan tal-aħħar, f’li jiġi ggarantit livell għoli ta’ protezzjoni tal-passiġġieri u tal-konsumaturi, billi jissaħħu d-drittijiet tagħhom f’ċertu numru ta’ sitwazzjonijiet li jinvolvu diffikultajiet u inkonvenjenzi serji, kif ukoll billi dawn tal-aħħar jiġi rrimedjati b’mod standardizzat u immedjat (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-10 ta’ Jannar 2006, IATA u ELFAA, C‑344/04, EU:C:2006:10, punt 82). |
27 |
Fil-fatt, meta, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, trasportatur tal-ajru jqiegħed passiġġier fi klassi inferjuri għal dik li għaliha dan tal-aħħar ikun xtara l-biljett tiegħu, fuq titjira speċifika, l-inkonvenjenza kkawżata lil dan il-passiġġier tirriżulta mill-fatt li dan ma jibbenefikax, matul it-titjira, mill-kumdità li tikkorrispondi għall-klassi indikata fuq dan il-biljett. |
28 |
Għaldaqstant, għandu jitqies li l-Artikolu 10(2) tar-Regolament Nru 261/2004 huwa intiż li jikkumpensa inkonvenjenza preċiża, marbuta ma’ titjira partikolari u mhux mat-trasport tal-passiġġier fl-intier tiegħu. |
29 |
Konsegwentement, huwa biss il-prezz tat-titjira li fuqha l-imsemmi passiġġier tqiegħed fi klassi inferjuri li għandu jservi bħala bażi għar-rimbors previst minn din id-dispożizzjoni, u mhux il-prezz tat-trasport kollu li l-biljett jagħti d-dritt għalih. |
30 |
Madankollu, fil-każ li l-biljett jindika biss il-prezz tat-trasport kollu tal-passiġġier u ma jippreċiżax għalhekk, barra minn hekk, il-prezz tat-titjira li fuqha l-passiġġier tqiegħed fi klassi inferjuri, il-bażi għandha tkun il-parti tal-prezz ta’ dan il-biljett li tikkorrispondi għall-kwozjent li jirriżulta mid-distanza tat-titjira kkonċernata u d-distanza totali li l-passiġġier huwa intitolat jivvjaġġa. |
31 |
Fil-fatt, sa fejn it-tqegħid tal-passiġġier fi klassi inferjuri jikkonċerna biss segment tat-trasport tiegħu, li jikkorrispondi għal distanza partikolari, l-użu ta’ dan il-metodu jippermetti li r-rimbors miksub mill-passiġġier jiġi aġġustat sabiex ikun proporzjonali għall-parti tat-trasport tiegħu li matulu tali tnaqqis fil-klassi kkawżalu inkonvenjenza. |
32 |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha, ir-risposta li għandha tingħata għall-ewwel u għat-tieni domanda hija l-Artikolu 10(2) flimkien mal-Artikolu 2(f) tar-Regolament Nru 261/2004 għandhom jiġu interpretati fis-sens li, fil-każ li passiġġier fuq titjira jitqiegħed fi klassi inferjuri, il-prezz li għandu jittieħed inkunsiderazzjoni sabiex jiġi ddeterminat ir-rimbors dovut lill-passiġġier ikkonċernat huwa l-prezz tat-titjira li fuqha huwa tqiegħed fi klassi inferjuri, sakemm tali prezz ma huwiex indikat fuq il-biljett li jistabbilixxi d-dritt tiegħu għat-trasport fuq din it-titjira, f’liema każ il-bażi għar-rimbors għandha tkun il-parti tal-prezz tal-biljett li tikkorrispondi għall-kwozjent li jirriżulta mid-distanza tat-titjira kkonċernata u d-distanza totali li l-passiġġier huwa intitolat jivvjaġġa. |
Fuq it-tielet domanda
33 |
Permezz tat-tielet domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi essenzjalment jekk l-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 għandux jiġi interpretat fis-sens li, fil-każ li passiġġier fuq titjira jitqiegħed fi klassi inferjuri, il-prezz tal-biljett li għandu jittieħed inkunsiderazzjoni sabiex jiġi ddeterminat ir-rimbors dovut lil dan il-passiġġier jikkorrispondi unikament għall-prezz tat-titjira nnifisha, bl-esklużjoni tat-taxxi u tal-miżati. |
34 |
F’dan ir-rigward, l-Artikolu 10(2)(a) sa (ċ) tar-Regolament Nru 261/2004 jirreferi, mingħajr ebda kjarifika addizzjonali, għall-“prezz tal-biljett”, li, hekk kif jirriżulta mir-risposta għat-tieni domanda magħmula, huwa l-prezz tat-titjira li fuqha l-passiġġier ikkonċernat tqiegħed fi klassi inferjuri. |
35 |
Huwa minnu li dan il-prezz jinkludi b’mod partikolari żewġ komponenti distinti, jiġifieri, minn naħa, it-“tariffa” applikata mit-trasportatur tal-ajru għat-trasport tal-passiġġier li xtara l-biljett, u, min-naħa l-oħra, it-taxxi u l-miżati imposti minn dan it-trasportatur f’din l-okkażjoni. |
36 |
Issa, dawn it-taxxi u miżati jikkostitwixxu komponenti inevitabbli tal-prezz definittiv li għandu jitħallas mill-passiġġier sabiex jibbenefika mis-servizz propost mit-trasportatur tal-ajru (ara, b’analoġija, is-sentenzi tad-19 ta’ Lulju 2012, ebookers.com Deutschland, C‑112/11, EU:C:2012:487, punt 14, u tat-18 ta’ Settembru 2014, Vueling Airlines, C‑487/12, EU:C:2014:2232, punt 36). |
37 |
Madankollu, mill-frażi li tikkostitwixxi l-introduzzjoni komuni għall-punti (a) sa (ċ) tal-Artikolu 10(2) tar-Regolament Nru 261/2004, jekk trasportatur tal-ajru li jopera jpoġġi passiġġier fi klassi inferjuri minn dik li għaliha l-biljett ikun inxtara, huwa għandu jirrimborsa parti mill-prezz ta’ dan il-biljett, skont il-modalitajiet previsti f’dawn il-punti (a) sa (ċ). |
38 |
Din il-frażi tenfasizza impliċitament ir-responsabbiltà li taqa’ fuq it-trasportatur tal-ajru li jopera fil-qasam tat-tnaqqis fil-klassi, fis-sens li d-deċiżjoni li passiġġier jitqiegħed, kuntrarjament għal dak li jkun ġie miftiehem mal-persuna kkonċernata u mixtri minn din tal-aħħar, fi klassi inferjuri għal dik prevista fil-biljett tagħha, hija imputabbli biss lit-trasportatur tal-ajru, fil-kwalità tiegħu bħala persuna li tkun qed twettaq titjira partikolari. |
39 |
Għaldaqstant, l-Artikolu 10(2) tar-Regolament Nru 261/2004 għandu, fl-intier tiegħu, jinqara fis-sens li, sabiex jiġi ddeterminat ir-rimbors dovut lill-passiġġier, ma jistgħux jittieħdu inkunsiderazzjoni l-komponenti tal-prezz tat-titjira bħat-taxxi u l-miżati meta, minkejja li jkunu marbuta mal-imsemmija titjira, dawn ma jkunux inerenti għal din tal-aħħar. |
40 |
Din il-konklużjoni hija kkorroborata mill-għan tal-Artikolu 10(2) tar-Regolament Nru 261/2004 li jikkonsisti, hekk kif ġie osservat fil-punti 26 sa 28 ta’ din is-sentenza, f’li tiġi kkumpensata, f’forma ta’ somma f’daqqa, l-inkonvenjenza kkawżata mit-tnaqqis fil-kumdità assoċjat mat-tnaqqis fil-klassi mwettaq mit-trasportatur tal-ajru, għad-distanza kollha u għat-tul kollu tat-titjira kkonċernata. |
41 |
Fil-fatt, fid-dawl ta’ tali għan, dan ir-regolament ma jistax jitqies bħala li jikkostitwixxi bażi legali li tippermetti li jiġi impost ir-rimbors, għalkemm f’forma parzjali u ta’ somma f’daqqa, tal-komponenti tal-prezz li la l-eżiġibbiltà u lanqas l-ammont tagħhom ma huma assoċjati ma’ din l-inkonvenjenza u, konsegwentement, mat-twettiq tat-titjira kkonċernata. |
42 |
Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tiddetermina jekk it-taxxi u l-miżati inkwistjoni fil-kawża prinċipali jissodisfawx jew le dawn ir-rekwiziti. |
43 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, ir-risposta li għandha tingħata għat-tielet domanda hija li l-Artikolu 10(2) tar-Regolament Nru 261/2004 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-prezz tal-biljett li għandu jittieħed inkunsiderazzjoni sabiex jiġi ddeterminat ir-rimbors dovut lil passiġġier, fil-każ ta’ tnaqqis fil-klassi fuq titjira, jikkorrispondi unikament għall-prezz tat-titjira nnifisha, bl-esklużjoni tat-taxxi u tal-miżati indikati fuq dan il-biljett, bil-kundizzjoni li la l-eżiġibbiltà u lanqas l-ammont tagħhom ma jiddependu mill-klassi li għaliha l-imsemmi biljett ikun inxtara. |
Fuq l-ispejjeż
44 |
Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura. |
Għal dawn il-motivi, il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) taqta’ u tiddeċiedi: |
|
|
Firem |
( *1 ) Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.