Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CB0511

    Kawżi magħquda C-511/15 u C-512/15: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-12 ta’ Ottubru 2016 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Prekršajni Sud u Bjelovaru – il-Kroazja) – Renata Horžić (C-511/15), Siniša Pušić (C-512/15) vs Privredna banka Zagreb d.d., Božo Prka (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja — Ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur — Direttiva 2008/48/KE — Ftehim ta’ kreditu immobiljari — Rata ta’ interessi varjabbli — Obbligi li jaqgħu fuq il-kreditur — Leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli għall-ftehim eżistenti fid-data tad-dħul fis-seħħ tagħha — Inapplikabbiltà tad-Direttiva 2008/48)

    ĠU C 475, 19.12.2016, p. 8–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    19.12.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 475/8


    Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-12 ta’ Ottubru 2016 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Prekršajni Sud u Bjelovaru – il-Kroazja) – Renata Horžić (C-511/15), Siniša Pušić (C-512/15) vs Privredna banka Zagreb d.d., Božo Prka

    (Kawżi magħquda C-511/15 u C-512/15) (1)

    ((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur - Direttiva 2008/48/KE - Ftehim ta’ kreditu immobiljari - Rata ta’ interessi varjabbli - Obbligi li jaqgħu fuq il-kreditur - Leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli għall-ftehim eżistenti fid-data tad-dħul fis-seħħ tagħha - Inapplikabbiltà tad-Direttiva 2008/48))

    (2016/C 475/11)

    Lingwa tal-kawża: il-Kroat

    Qorti tar-rinviju

    Prekršajni Sud u Bjelovaru

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Renata Horžić (C-511/15), Siniša Pušić (C-512/15)

    Konvenuta: Privredna banka Zagreb d.d., Božo Prka

    Dispożittiv

    L-Artikoli 23 u 30(1) tad-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-28 ta’ April 2008, dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux dispożizzjonijiet nazzjonali, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li jimponu fuq il-kreditur, taħt piena ta’ sanzjonijiet kriminali, l-osservanza ta’ obbligi fir-rigward tar-rata ta’ interessi varjabbli għall-ftehimiet ta’ kreditu diġà eżistenti fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, sakemm dawn il-ftehimiet ta’ kreditu ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae ta’ din id-direttiva u, barra minn hekk, dawn l-obbligi ma jikkostitwixxux implementazzjoni tagħha.


    (1)  ĠU C 27, 25.1.2016


    Top