Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CA0598

    Kawża C-598/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-7 ta’ Diċembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado de Primera Instancia de Jerez de la Frontera – Spanja) – Banco Santander, SA vs Cristobalina Sánchez López (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Direttiva 93/13/KEE — Kuntratti konklużi mal-konsumaturi — Klawżoli inġusti — Setgħat tal-qorti nazzjonali — Effettività tal-protezzjoni rikonoxxuta lill-konsumaturi — Kuntratt ta’ self ipotekarju — Proċedura ta’ eżekuzzjoni extraġudizzjarja tal-garanzija ipotekarja — Proċedura ġudizzjarja ssemplifikata ta’ rikonoxximent tad-drittijiet in rem tal-aġġudikatur

    ĠU C 52, 12.2.2018, p. 3–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    12.2.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 52/3


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-7 ta’ Diċembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado de Primera Instancia de Jerez de la Frontera – Spanja) – Banco Santander, SA vs Cristobalina Sánchez López

    (Kawża C-598/15) (1)

    ((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 93/13/KEE - Kuntratti konklużi mal-konsumaturi - Klawżoli inġusti - Setgħat tal-qorti nazzjonali - Effettività tal-protezzjoni rikonoxxuta lill-konsumaturi - Kuntratt ta’ self ipotekarju - Proċedura ta’ eżekuzzjoni extraġudizzjarja tal-garanzija ipotekarja - Proċedura ġudizzjarja ssemplifikata ta’ rikonoxximent tad-drittijiet in rem tal-aġġudikatur)

    (2018/C 052/03)

    Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

    Qorti tar-rinviju

    Juzgado de Primera Instancia de Jerez de la Frontera

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Banco Santander, SA

    Konvenut: Cristobalina Sánchez López

    Dispożittiv

    L-Artikolu 6(1) u l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur, ma jistgħux jiġu applikati għal proċedura bħal dik inkwisjoni fil-kawża prinċipali, mibdija mill-aġġudikatur ta’ beni immobbli wara eżekuzzjoni extraġudizzjarja tal-garanzija ipotekarja mogħtija fuq dan il-beni minn konsumatur għall-benefiċċju ta’ kreditur bejjiegħ jew fornitur li għandu bħala għan il-protezzjoni tad-drittijiet in rem legalment akkwistati minn dan l-aġġudikatur, sa fejn, minn naħa, din il-proċedura hija indipendenti mir-relazzjoni legali li torbot il-kreditur bejjiegħ jew fornitur mal-konsumatur u, min-naħa l-oħra, il-garanzija ipotekarja ġiet eżegwita, il-beni immobbli nbiegħ u d-drittijiet in rem marbutin magħha ġew trasferiti mingħajr ma l-konsumatur għamel użu mill-mezzi legali previsti f’dan il-kuntest.


    (1)  ĠU C 38, 1.2.2016.


    Top