This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62015CA0518
Case C-518/15: Judgment of the Court (Fifth Chamber) of 21 February 2018 (request for a preliminary ruling from Cour du travail de Bruxelles — Belgium) — Ville de Nivelles v Rudy Matzak (Reference for a preliminary ruling — Directive 2003/88/EC — Protection of the safety and health of workers — Organisation of working time — Article 2 — Concepts of ‘working time’ and ‘rest periods’ — Article 17 — Derogations — Firefighters — Stand-by times — Stand-by times at home)
Kawża C-518/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-21 ta’ Frar 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour du travail de Bruxelles – il-Belġju) – Ville de Nivelles vs Rudy Matzak (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Direttiva 2003/88/KE — Protezzjoni tas-sigurtà u tas-saħħa tal-ħaddiema — Organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol — Artikolu 2 — Kunċetti ta’ “ħin tax-xogħol” u ta’ “perijodu ta’ serħan” — Artikolu 17 — Derogi — Pompiera — Ħin on-call — Stand-by id-dar)
Kawża C-518/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-21 ta’ Frar 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour du travail de Bruxelles – il-Belġju) – Ville de Nivelles vs Rudy Matzak (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Direttiva 2003/88/KE — Protezzjoni tas-sigurtà u tas-saħħa tal-ħaddiema — Organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol — Artikolu 2 — Kunċetti ta’ “ħin tax-xogħol” u ta’ “perijodu ta’ serħan” — Artikolu 17 — Derogi — Pompiera — Ħin on-call — Stand-by id-dar)
ĠU C 134, 16.4.2018, p. 2–2
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
16.4.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 134/2 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-21 ta’ Frar 2018 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour du travail de Bruxelles – il-Belġju) – Ville de Nivelles vs Rudy Matzak
(Kawża C-518/15) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 2003/88/KE - Protezzjoni tas-sigurtà u tas-saħħa tal-ħaddiema - Organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol - Artikolu 2 - Kunċetti ta’ “ħin tax-xogħol” u ta’ “perijodu ta’ serħan” - Artikolu 17 - Derogi - Pompiera - Ħin on-call - Stand-by id-dar))
(2018/C 134/02)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Cour du travail de Bruxelles
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Ville de Nivelles
Konvenut: Rudy Matzak
Dispożittiv
1) |
L-Artikolu 17(3)(ċ)(iii) tad-Direttiva 2003/88 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Novembru 2003 li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-Istati Membri ma jistgħux jidderogaw, fir-rigward ta’ ċerti kategoriji ta’ pompieri reklutati mis-servizzi pubbliċi tat-tifi tan-nar, mill-obbligi kollha li jirriżultaw mid-dispożizzjonijiet ta’ din id-direttiva, inkluż l-Artikolu 2 tagħha, li jiddefinixxi b’mod partikolari l-kunċetti ta’ “ħin tax-xogħol” u ta’ “perijodu ta’ serħan”. |
2) |
L-Artikolu 15 tad-Direttiva 2003/88 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jippermettix lill-Istati Membri li jżommu jew jadottaw definizzjoni inqas restrittiva tal-kunċett ta’ “ħin tax-xogħol” kif stabbilit fl-Artikolu 2 ta’ din id-direttiva. |
3) |
L-Artikolu 2 tad-Direttiva 2003/88 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jobbligax lill-Istati Membri jiddeterminaw ir-remunerazzjoni għal perijodi standy-by id-dar bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali skont il-klassifikazzjoni minn qabel ta’ dawn il-perijodi bħala “ħin tax-xogħol” jew “perijodu ta’ serħan”. |
4) |
L-Artikolu 2 tad-Direttiva 2003/88 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-ħin on-call li ħaddiem jgħaddi d-dar mal-obbligu li jwieġeb għat-telefonati tal-persuna li timpjegah f’terminu ta’ 8 minuti, jirrestrinġu b’mod sinjifikattiv ħafna l-possibbiltajiet li jkollu attivitajiet oħra, għandu jitqies bħala “ħin tax-xoghol”. |