Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CA0465

    Kawża C-465/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’Awla) tas-7 ta’ Settembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Düsseldorf – il-Ġermanja) – Hüttenwerke Krupp Mannesmann GmbH vs Hauptzollamt Duisburg (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Tassazzjoni — Tassazzjoni fuq prodotti tal-enerġija u fuq l-elettriku — Direttiva 2003/96/KE — Kamp ta’ applikazzjoni — Artikolu 2(4)(b) — Elettriku użat prinċipalment għar-riduzzjoni kimika — Kunċett”)

    ĠU C 374, 6.11.2017, p. 3–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    6.11.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 374/3


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’Awla) tas-7 ta’ Settembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Düsseldorf – il-Ġermanja) – Hüttenwerke Krupp Mannesmann GmbH vs Hauptzollamt Duisburg

    (Kawża C-465/15) (1)

    ((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tassazzjoni - Tassazzjoni fuq prodotti tal-enerġija u fuq l-elettriku - Direttiva 2003/96/KE - Kamp ta’ applikazzjoni - Artikolu 2(4)(b) - Elettriku użat prinċipalment għar-riduzzjoni kimika - Kunċett”))

    (2017/C 374/04)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Finanzgericht Düsseldorf

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Hüttenwerke Krupp Mannesmann GmbH

    Konvenut: Hauptzollamt Duisburg

    Dispożittiv

    It-tielet inċiż tal-Artikolu 2(4)(b) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE, tas-27 ta’ Ottubru 2003, li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-elettriku użat għat-tħaddim ta’ fannijiet turbo intiżi għall-kompressjoni ta’ arja li sussegwentement tintuża f’forn tal-blast fil-proċess ta’ produzzjoni ta’ ħadid fondut grezz permezz tar-riduzzjoni kimika tal-mineral tal-ħadid ma huwiex “elettriku […] użat prinċipalment għat-tnaqqis ta’ kimiki [riduzzjoni kimika]”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.


    (1)  ĠU C 398, 30.11.2015.


    Top