This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62015CA0230
Case C-230/15: Judgment of the Court (Second Chamber) of 14 July 2016 (request for a preliminary ruling from the Rechtbank Den Haag — Netherlands) — Brite Strike Technologies Inc. v Brite Strike Technologies SA (Reference for a preliminary ruling — Judicial cooperation in civil matters — Regulation (EC) No 44/2001 — Article 22(4) — Jurisdiction in intellectual property disputes — Article 71 — Conventions concluded by the Member States on particular matters — Benelux Convention on Intellectual Property — Jurisdiction in disputes concerning Benelux trade marks and designs — Article 350 TFEU)
Kawża C-230/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-14 ta’ Lulju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank Den Haag – Il-Pajjiżi l-Baxxi) – Brite Strike Technologies Inc. vs Brite Strike Technologies SA (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Regolament (KE) Nru 44/2001 — Artikolu 22(4) — Ġurisdizzjoni għat-tilwim fil-qasam ta’ proprjetà intellettwali — Artikolu 71 — Konvenzjonijiet konklużi mill-Istati Membri f’oqsma partikolari — Konvenzjoni Benelux fil-qasam ta’ proprjetà intellettwali — Ġurisdizzjoni għat-tilwim dwar it-trade marks u disinni Benelux — Artikolu 350 TFUE)

ĠU C 335, 12.9.2016, p. 21–21
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
12.9.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 335/21 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-14 ta’ Lulju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank Den Haag – Il-Pajjiżi l-Baxxi) – Brite Strike Technologies Inc. vs Brite Strike Technologies SA
(Kawża C-230/15) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Regolament (KE) Nru 44/2001 - Artikolu 22(4) - Ġurisdizzjoni għat-tilwim fil-qasam ta’ proprjetà intellettwali - Artikolu 71 - Konvenzjonijiet konklużi mill-Istati Membri f’oqsma partikolari - Konvenzjoni Benelux fil-qasam ta’ proprjetà intellettwali - Ġurisdizzjoni għat-tilwim dwar it-trade marks u disinni Benelux - Artikolu 350 TFUE))
(2016/C 335/28)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Rechtbank Den Haag
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Brite Strike Technologies Inc.
Konvenuta: Brite Strike Technologies SA
Dispożittiv
L-Artikolu 71 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, moqri fid-dawl tal-Artikolu 350 TFUE, ma jipprekludix li r-regola ta’ ġurisdizzjoni għat-tilwim dwar it-trade marks u disinni Benelux, stabbilita fl-Artikolu 4.6 tal-Konvenzjoni Benelux dwar il-proprjetà intellettwali (trade marks u disinni), tal-25 ta’ Frar 2005, iffirmata f’Den Haag mir-Renju tal-Belġju, mill-Gran Dukat tal-Lussemburgu u mir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, tiġi applikata għal dan it-tilwim.