Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TN0821

    Kawża T-821/14: Rikors ippreżentat fl- 20 ta’ Diċembru 2014 – Pollo Delta di Scabin Giancarlo e C. vs Il-Kummissjoni

    ĠU C 65, 23.2.2015, p. 44–44 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    23.2.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 65/44


    Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Diċembru 2014 – Pollo Delta di Scabin Giancarlo e C. vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-821/14)

    (2015/C 065/60)

    Lingwa tal-kawża: it-Taljan

    Partijiet

    Rikorrenti: Pollo Delta di Scabin Giancarlo e C. Snc (Porto Viro, l-Italja) (rappreżentant: V. Migliorini, avukat)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

    Talbiet

    tiddikkjara nulli u mingħajr effett u fi kwalunkwe każ tannulla l-ittra SM/FUN S/2622874 tat-28 ta’ Lulju 2014 (mibgħuta minn Jerry Plewa, Direttur Ġenerali tal-agrikoltura u l-iżvilupp rurali tal-Kummissjoni Ewropea lil, Felice Assenza, Direttur Ġenerali tal-politika internazzjonali u tal-Unjoni Ewropea fil-Ministeru tal-politika agrikola u forestali tal-Italia), li r-rikorrenti saret taf biha wara aċċess għad-dokumenti fid-19 ta’ Novembru 2014, sa fejn hija miċħuda t-talba tal-Italja fir-rigward tal-miżuri ta’ appoġġ minn 6 sa 9 mitluba skont l-Artikolu 220 tar-Regolament (UE) u, b’mod partikolari, dawk dwar il-biċċeriji fejn l-annimali jkunu nqatlu skont il-miżuri sanitraji kontra t-tixrid tal-influwenza avjarja u dawk dwar id-danni kummerċjali relatati, kif ukoll ir-Regolament ta’ Implementazzjoni tal-Kummissjoni (UE), tal-10 ta’ Ottubru 2014, dwar miżuri eċċezzjonali ta’ appoġġ għas-setturi tal-bajd u tal-laħam tat-tjur fl-Italja, ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fil-11 ta’ Ottubru 2014, sa fejn huma esklużi mill-miżuri ta’ appoġġ adottati skont l-Artikolu 220 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 il-biċċeriji fejn l-annimali jkunu nqatlu skont il-miżuri sanitraji kontra t-tixrid tal-influwenza avjarja u d-danni kummerċjali relatati;

    tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Il-motivi u argumenti prinċipali huma dawk invokati fil-Kawża T-820/14 Delta Group agroalimentare vs Il-Kummissjoni.


    Top