EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TN0521

Kawża T-521/14: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Lulju 2014 – L-Isvezja vs Il-Kummissjoni

ĠU C 431, 1.12.2014, p. 28–29 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

1.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 431/28


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Lulju 2014 – L-Isvezja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-521/14)

(2014/C 431/50)

Lingwa tal-kawża: l-Isvediż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Renju tal-Isvezja (rappreżentanti: A. Falk u K. Sparrman, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tikkonstata li, billi naqset milli tadotta atti delegati sabiex tispeċifika kriterji xjentifiċi għad-determinazzjoni tal-proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali, il-Kummissjoni Ewropea kisret l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Mejju 2012, dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali;

tikkundanna lill-Kummissjoni tbati l-ispejjeż tal-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Skont l-Artikolu 5(3) tar-Regolament dwar il-Bijoċidi (1), il-Kummissjoni għandha tadotta, sa mhux iktar tard mit-13 ta’ Diċembru 2013, atti delegati sabiex tispeċifika kriterji xjentifiċi għad-determinazzjoni tal-proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali. Ir-rikorrenti ssostni li billi ma adottatx dawn l-atti delegati, il-Kummissjoni naqset milli tadotta l-miżuri li hija legalment marbuta li tadotta. Ir-rikorrenti stiednet lill-Kummissjoni tadotta l-atti delegati previsti fl-Artikolu 5(3) tar-Regolament tal-Bijoċidi, iżda, skont ir-rikorrenti, ir-risposta tal-Kummissjoni ma tikkostitwixxix teħid ta’ pożizzjoni dwar din l-istedina fis-sens tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 265 TFUE. Barra minn hekk, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni lanqas ma ħadet miżuri, sa meta ġie ppreżentat ir-rikors, li jimplikaw li n-nuqqas ta’ teħid ta’ azzjoni ntemm. Skont ir-rikorrenti, il-Kummissjoni għandha d-data sabiex tispeċifika l-kriterji xjentifiċi għad-determinazzjoni tal-proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali u l-kriterji previsti fit-tieni u fit-tielet subparagrafi tal-Artikolu 5(3) tar-Regolament dwar il-Bijoċidi għandhom japplikaw sa meta l-Kummissjoni tadotta atti delegati li jinkludu l-kriterji dwar is-sustanzi li jfixklu s-sistema endokrinali.


(1)  Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Mejju 2012, dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (ĠU L 167, p. 1).


Top