Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TN0471

    Kawża T-471/14: Rikors ippreżentat fil- 25 ta’ Ġunju 2014 – Ibercaja Banco et vs Il-Kummissjoni

    ĠU C 261, 11.8.2014, p. 46–47 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    11.8.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 261/46


    Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Ġunju 2014 – Ibercaja Banco et vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-471/14)

    2014/C 261/73

    Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

    Partijiet

    Rikorrenti: Ibercaja Banco, SA (Zaragoza, Spanja); Banco Grupo Cajatres SA (Zaragoza); u Naviera Bósforo, AIE (Las Palmas de Gran Canaria, Spanja) (rappreżentanti: J. L. Buendía Sierra, E. Abad Valdenebro, R. Calvo Salinero u A. Lamadrid de Pablo, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

    Talbiet

    tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn tikklassifika d-diversi miżuri li skont din id-deċiżjoni jikkostitwixxu l-hekk imsejħa Sistema Spanjola tat-Taxxa tal-Lokazzjoni bħala għajnuna mill-Istat ġdida u inkompatibbli mas-suq intern;

    sussidjarjament, tannulla l-Artikoli 1 u 4 tad-deċiżjoni kkontestata, li jidentifikaw lill-entitajiet investituri fil-gruppi b’interess ekonomiku bħala benefiċjarji ta’ din l-allegata għajnuna u bħala l-uniċi destinatarji tal-ordni ta’ rkupru;

    sussidjarjament, tannulla l-Artikolu 4 tad-deċiżjoni kkontestata sa fejn jordna l-irkupru tal-allegata għajnuna;

    tannulla l-Artikolu 4 tad-deċiżjoni kkontestata sa fejn jiddeċiedi dwar il-legalità tal-kuntratti privati konklużi bejn l-investituri u entitajiet oħra, u

    tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż ta’ din il-kawża.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma l-istess bħal dawk invokati fil-Kawża T-700/13, Bankia vs Il-Kummissjoni.


    Top