Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TN0343

    Kawża T-343/14: Rikors ippreżentat fid- 19 ta’ Mejju 2014 – Cipriani vs UASI – Hotel Cipriani (CIPRIANI)

    ĠU C 261, 11.8.2014, p. 29–30 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    11.8.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 261/29


    Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Mejju 2014 – Cipriani vs UASI – Hotel Cipriani (CIPRIANI)

    (Kawża T-343/14)

    2014/C 261/53

    Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrent: Arrigo Cipriani (Venezia, l-Italja) (rappreżentanti: A. Vanzetti, S. Bergia, u G. Sironi, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Hotel Cipriani (Venezia, l-Italja)

    Talbiet tar-rikorrent

    tħassar d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-14 ta’ Marzu 2014 fil-Każ R 224/2012-4 u tiddikjara n-nullità, skont l-Artikolu 52(1)(b) u l-Artikolu 53(2)(a) tar-Regolament Nru 207/2009 fir-rigward tal-Artikolu 8.3 tal-Kodiċi dwar il-Proprjetà Industrijali Taljan, tat-trade mark “Cipriani” Nru 115824 li l-proprjetarju tagħha huwa Hotel Cipriani, għall-prodotti u għas-servizzi kollha li għalihom t-trade mark hija rreġistrata jew;

    sussidjarjament, għall-prodotti u għas-servizzi kollha barra mis-servizzi ta’ “lukandi u prenotazzjoni ta’ lukandi” jew;

    sussidjarjament, fir-rigward ta’ servizzi ta’ “ristoranti, kafetteriji, postijiet publiċi għall-konsum tal-ikel, bars, provvista ta’ ikel u xorb, kunsinna ta’ xorb u xarbiet għal konsum immedjat” jew;

    tirrinvija l-proċedimenti lill-UASI sabiex joħroġ id-dikjarazzjoni ta’ invalidità;

    tordna r-rimborż sħiħ tal-ispejjeż sostnuti f’dawn il-proċeduri minn Arrigo Cipriani.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: trade mark verbali “CIPRIANI” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 16, 35 u 42 – Trade mark Komunitarja Nru 1 15  824

    Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: Hotel Cipriani

    Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrent

    Motivazzjoni tat-talba għal invalidità: it-trade mark ġiet irreġistrata in mala fides u kisret id-dritt għal isem personali magħruf “CIPRIANI”

    Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità miċħuda

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

    Motivi invokati:

    ksur tal-Artikolu 53(2)(a) tar-Regolament Nru 207/2009 fir-rigward tal-Artikolu 8.3 tal-Kodiċi dwar il-Proprjetà Industrijali Taljan;

    ksur tal-Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


    Top