Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TN0149

    Kawża T-149/14: Rikors ippreżentat fil- 5 ta’ Marzu 2014 – Anastasiou vs Il-Kummissjoni u l-BĊE

    ĠU C 159, 26.5.2014, p. 31–31 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    26.5.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 159/31


    Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Marzu 2014 – Anastasiou vs Il-Kummissjoni u l-BĊE

    (Kawża T-149/14)

    2014/C 159/41

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrent: Harry Anastasiou (Larnaca, Ċipru) (rappreżentanti: C. Paschalides, Solicitor, u A. Paschalides, avukat)

    Konvenuti: Il-Bank Ċentrali Ewropew u Il-Kummissjoni Ewropea

    Talbiet tar-rikorrent

    tordna lill-konvenuti li jikkumpensaw lir-rikorrent taħt l-Artikolu 268 TFUE.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Ir-rikorrenti ssostni li l-konvenuti kkawżawlu li jiċċaħħad mill-flus fil-kont tiegħu minħabba li wasslu għall-impożizzjoni prematura tal-għodda tar-rikapitalizzazzjoni fuq il-kont tiegħu mal-bank tiegħu bħala parti mill-kundizzjonijiet marbuta mal-assistenza finanzjarja mogħtija lil Ċipru fis-26 ta’ April 2013 skont l-Artikolu 13 tat-Trattat ta’ Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà tal-2012 kif ġej: a) il-konvenuti “manifestament u serjament eċċedew il-limiti” tas-setgħa tagħhom bħala istituzzjonijiet tal-Unjoni taħt l-Artikolu 136(3) TFUE; b) ċedew illegalment il-kontroll effettiv tal-funzjonijiet tagħhom bħala istituzzjonijiet tal-Unjoni; c) wasslu sabiex tiġi approvata l-għajnuna ta’ għodda tar-rikapitalizzazzjoni fuq depożiti ma’ Bank of Cyprus u ma’ Cyprus Popular Bank li ma ma ġewx trasposti fid-dritt tal-Unjoni; d) wasslu għal restrizzjonijiet fuq il-moviment ta’ flus li ostakola lid-detenturi ta’ kont milli jirtiraw u/jew jittrasferixxi l-fondi tagħhom lil istituzzjonijiet iktar siguri; u e) għamlu dan bi ksur tal-prinċipji ta’ ċertezza legali, ta’ ugwaljanza u tad-drittijiet tal-bniedem.


    Top