EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TN0140

Kawża T-140/14: Rikors ippreżentat fit- 28 ta’ Frar 2014 – Bora Creations vs UASI (gel nails at home)

ĠU C 135, 5.5.2014, p. 56–56 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

5.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 135/56


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Frar 2014 – Bora Creations vs UASI (gel nails at home)

(Kawża T-140/14)

2014/C 135/73

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Bora Creations, SL (Ceuta, Spanja) (rappreżentanti: R. Lange, G. Hild u E. Schalast, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-5 ta’ Diċembru 2013, fil-Każ R 450/2013-1; u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “gel nails at home”, għal prodotti fil-klassijiet 3, 8, 11 u 21 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 11 331 634

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell micħud

Motivi invokati:

ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009;

ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


Top