This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62014TN0124
Case T-124/14: Action brought on 19 February 2014 — Finland v Commission
Kawża T-124/14: Rikors ippreżentat fid- 19 ta’ Frar 2014 – Ir-Repubblika tal-Finlandja vs Il-Kummissjoni Ewropea
Kawża T-124/14: Rikors ippreżentat fid- 19 ta’ Frar 2014 – Ir-Repubblika tal-Finlandja vs Il-Kummissjoni Ewropea
ĠU C 142, 12.5.2014, p. 39–40
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
12.5.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 142/39 |
Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Frar 2014 – Ir-Repubblika tal-Finlandja vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża T-124/14)
2014/C 142/51
Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Finlandja (rappreżentanti: J. Heliskoski, S. Hartikainen, aġenti)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tannulla d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2013) 8743 finali, tat-12 ta’ Diċembru 2013, dwar l-esklużjoni mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ta’ ċertu nefqa mġarrba mill-Istati Membri skont it-Taqsima ta’ Garanziji tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG), skont il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU L 338, p. 81), sa fejn qiegħed jintalab, f’dak li jikkonċerna r-Repubblika tal-Finlandja, rimbors ta’ finanzjament ta’ ammont ta’ EUR 927 827,58, għan-nuqqas ta’ osservanza tal-Artikolu 55 tar-Regolament Nru 1974/2006; |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż sostnuti mill-Finlandja. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti tinvoka motiv wieħed: hija tqis li l-Kummissjoni interpretat u applikat l-Artikolu 55 tar-Regolament Nru 1974/2006 (1) b’mod żbaljat. Il-Kummissjoni, b’mod żbaljat qieset li l-kundizzjonijiet stabbiliti mill-Finlandja għall-għoti ta’ għajnuna għax-xiri ta’ tagħmir użat ma kinux konformi mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 55(1) tar-Regolament Nru 1974/2006.
(1) Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1974/2006, tal-15 ta’ Diċembru 2006, li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 dwar l-appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU L 322M, p. 305).