Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TN0050

    Kawża T-50/14: Rikors ippreżentat fl- 20 ta’ Jannar 2014 — Demp vs UASI (TURBO DRILL)

    ĠU C 78, 15.3.2014, p. 15–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    15.3.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 78/15


    Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Jannar 2014 — Demp vs UASI (TURBO DRILL)

    (Kawża T-50/14)

    2014/C 78/31

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: Demp BV (Vianen, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: C. Gehweiler, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    Talbiet tar-rikorrenti

    tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tat-22 ta’ Novembru 2013 fil-Każ R 1254/2013-4 fir-rigward ta’ prodotti fil-klassi 6 (materjal tal-metall għall-bini, ironmongery, oġġetti żgħar tal-metall, muntaturi, materjal tal-immuntar, viti, partijiet u aċċessorji għall-prodotti kollha ċċitati iktar ’il fuq, il-prodotti kollha tal-metall ċċitati iktar ’il fuq) fil-klassi 19 (materjal tal-bini, muntaturi, materjal tal-immuntar, viti, partijiet u aċċessorji għall-prodotti kollha ċċitati iktar ’il fuq, il-prodotti kollha ċċitati iktar ’il fuq mhux tal-metall) u prodotti fil-klassi 20 (muntaturi, materjal tal-immuntar, viti);

    tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “TURBO DRILL” għal prodotti fil-klassijiet 6, 7, 8, 19 u 20 ‒ Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 11 695 145

    Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni miċħuda

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

    Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009.


    Top