This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62014TB0585
Case T-585/14: Order of the General Court of 14 September 2015 — Slovenia v Commission (Action for annulment — Own resources of the European Union — Financial responsibility of the Member States — Obligation to pay the Commission the amount corresponding to a loss of own resources — Letter from the Commission — Act not open to challenge — Inadmissibility)
Kawża T-585/14: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Settembru 2015 – Is-Slovenja vs Il-Kummissjoni (“Rikors għal annullament — Riżorsi proprji tal-Unjoni — Responsabbiltà finanzjarja tal-Istati Membri — Obbligu li l-Kummissjoni titħallas l-ammont li jikkorrispondi għat-telf ta’ riżorsi proprji — Ittra tal-Kummissjoni — Att li ma jistax jiġi kkontestat — Inammissibbiltà”)
Kawża T-585/14: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Settembru 2015 – Is-Slovenja vs Il-Kummissjoni (“Rikors għal annullament — Riżorsi proprji tal-Unjoni — Responsabbiltà finanzjarja tal-Istati Membri — Obbligu li l-Kummissjoni titħallas l-ammont li jikkorrispondi għat-telf ta’ riżorsi proprji — Ittra tal-Kummissjoni — Att li ma jistax jiġi kkontestat — Inammissibbiltà”)
ĠU C 381, 16.11.2015, p. 32–32
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
16.11.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 381/32 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Settembru 2015 – Is-Slovenja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-585/14) (1)
((“Rikors għal annullament - Riżorsi proprji tal-Unjoni - Responsabbiltà finanzjarja tal-Istati Membri - Obbligu li l-Kummissjoni titħallas l-ammont li jikkorrispondi għat-telf ta’ riżorsi proprji - Ittra tal-Kummissjoni - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Inammissibbiltà”))
(2015/C 381/35)
Lingwa tal-kawża: is-Sloven
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika tas-Slovenja (rappreżentant: L. Bembič, aġent)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Ondrůšek, M. Wasmeier u M. Žebre, aġenti)
Suġġett
Talba għal annullament tal-allegata deċiżjoni tad-Direttorat Ġenerali tal-baġit tal-Kummissjoni li tinsab fl-ittra BUDG/B/03MV D (2014) 1782918, tat-2 ta’ Ġunju 2014, li permezz tagħha din tal-aħħar ikkonstatat, minn naħa, li r-Repubblika tal-Slovenja hija finanzjarjament responsabbli għat-telf ta’ riżorsi proprji tradizzjonali għall-baġit tal-Unjoni Ewropea fil-waqt tal-ħruġ taċ-ċertifikat ta’ importazzjoni taz-zokkor għas-sena 2011 u, min-naħa l-oħra, li dan l-Istat Membru kellu jpoġġi għad-dispożizzjoni tal-baġit tal-Unjoni ammont ekwivalenti għat-telf tar-riżorsi proprji tradizzjonali
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talbiet għal intervent tar-Repubblika Portugiża u tar-Renju ta’ Spanja. |
3) |
Ir-Repubblika tas-Slovenja hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha flimkien ma’ dawk tal-Kummissjoni Ewropea. |
4) |
Ir-Repubblika tas-Slovenja, il-Kummissjoni, ir-Repubblika Portugiża u r-Renju ta’ Spanja għandhom ibatu kull wieħed, l-ispejjeż rispettivi tagħhom relatati mat-talbiet għal intervent. |