This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62014TB0565
Case T-565/14: Order of the General Court of 17 July 2015 — EEB v Commission (Environment — Regulation (EC) No 1367/2006 — Commission decision concerning the notification by Poland of a transitional national plan as referred to in Article 32 of Directive 2010/75/EU on industrial emissions — Refusal of internal review — Measure of individual scope — Aarhus Convention — Period allowed for commencing proceedings — Lateness — Action in part manifestly inadmissible and in part manifestly devoid of any foundation in law)
Kawża T-565/14: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Lulju 2015 – EEB vs Il-Kummissjoni [“Ambjent — Regolament (KE) Nruo1367/2006 — Deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar in-notifika mill-Polonja ta’ pjan nazzjonali tranżittorju, kif deskritt fl-Artikolu 32 tad-Direttiva 2010/75/UE dwar l-emissjonijiet industrijali — Rifjut ta’ eżami mill-ġdid intern — Miżura ta’ portata individwali — Konvenzjoni ta’ Aarhus — Terminu ta’ rikors — Tardività — Rikors parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid-dritt”]
Kawża T-565/14: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Lulju 2015 – EEB vs Il-Kummissjoni [“Ambjent — Regolament (KE) Nruo1367/2006 — Deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar in-notifika mill-Polonja ta’ pjan nazzjonali tranżittorju, kif deskritt fl-Artikolu 32 tad-Direttiva 2010/75/UE dwar l-emissjonijiet industrijali — Rifjut ta’ eżami mill-ġdid intern — Miżura ta’ portata individwali — Konvenzjoni ta’ Aarhus — Terminu ta’ rikors — Tardività — Rikors parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid-dritt”]
ĠU C 381, 16.11.2015, p. 30–31
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
16.11.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 381/30 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Lulju 2015 – EEB vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-565/14) (1)
([“Ambjent - Regolament (KE) Nruo1367/2006 - Deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar in-notifika mill-Polonja ta’ pjan nazzjonali tranżittorju, kif deskritt fl-Artikolu 32 tad-Direttiva 2010/75/UE dwar l-emissjonijiet industrijali - Rifjut ta’ eżami mill-ġdid intern - Miżura ta’ portata individwali - Konvenzjoni ta’ Aarhus - Terminu ta’ rikors - Tardività - Rikors parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid-dritt”])
(2015/C 381/33)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: European Environmental Bureau (EEB) (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: S. Podskalská, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Pignataro-Nolin, S. Petrova u G. Wilms, aġenti)
Suġġett
Minn naħa, talba għal annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2014) 804 finali, tas-17 ta’ Frar 2014, dwar in-notifika mir-Repubblika tal-Polonja ta’ pjan nazzjonali tranżittorju, hekk kif deskritt fl-Artikolu 32 tad-Direttiva 2010/75/UE, dwar l-emissjonijiet industrijali, u, min-naħa l-oħra, talba għal annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ares (2014) 1915757, tat-12 ta’ Ġunju 2014, li tiċħad bħala inammissibbli t-talba tar-rikorrent intiża sabiex il-Kummissjoni teżamina mill-ġdid id-deċiżjoni tagħha tas-17 ta’ Frar 2014.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talbiet għal intervent tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, tal-Parlament Ewropew u tar-Repubblika tal-Polonja. |
3) |
European Environmental Bureau (EEB) għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u dawk tal-Kummissjoni Ewropea. |
4) |
EEB, il-Kummissjoni, il-Kunsill, il-Parlament u r-Repubblika tal-Polonja għandhom ibatu kull wieħed, l-ispejjeż rispettivi tagħhom relatati mat-talbiet għal intervent. |