Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TA0713

    Kawża T-713/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2016 – IPSO vs BĊE (“BĊE — Persunal tal-BĊE — Ħaddiema temporanji — Limitazzjoni tat-tul massimu ta’ servizz tal-istess ħaddiem temporanju — Rikors għal annullament — Att li jista’ jiġi kkontestat — Interess dirett u individwali — Interess ġuridiku — Terminu għall-preżentata ta’ rikors — Ammissibbiltà — Nuqqas ta’ informazzjoni u ta’ konsultazzjoni tal-organizzazzjoni sindakali rikorrenti — Responsabbiltà mhux kuntrattwali”)

    ĠU C 46, 13.2.2017, p. 19–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    13.2.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 46/19


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Diċembru 2016 – IPSO vs BĊE

    (Kawża T-713/14) (1)

    ((“BĊE - Persunal tal-BĊE - Ħaddiema temporanji - Limitazzjoni tat-tul massimu ta’ servizz tal-istess ħaddiem temporanju - Rikors għal annullament - Att li jista’ jiġi kkontestat - Interess dirett u individwali - Interess ġuridiku - Terminu għall-preżentata ta’ rikors - Ammissibbiltà - Nuqqas ta’ informazzjoni u ta’ konsultazzjoni tal-organizzazzjoni sindakali rikorrenti - Responsabbiltà mhux kuntrattwali”))

    (2017/C 046/21)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Organizzazzjoni tal-impjegati mal-istituzzjonijiet Ewropej u internazzjonali fir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (IPSO) (Frankfurt am Main, il-Ġermanja) (rappreżentant: L. Levi)

    Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew (rappreżentanti: inizjalment minn B. Ehlers, I. Köpfer u M. López Torres, sussegwentement minn B. Ehlers, P. Pfeifhofer u F. Malfrère, aġenti, assistiti minn B. Wägenbaur, avukat)

    Suġġett

    Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u għall-annullament ta’ att tal-Bord Eżekuttiv tal-BĊE tat-20 ta’ Mejju 2014 li jillimita għal sentejn it-tul massimu li matulu l-BĊE jista’ juża s-servizzi tal-istess ħaddiem temporanju għall-kompiti ta’ natura amministrattivi u segretarjali u, min-naħa l-oħra, talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u għall-kumpens għad-danni morali subit.

    Dispożittiv

    1)

    Id-deċiżjoni tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) tal-20 ta’ Mejju 2014 li jillimita għal sentejn it-tul massimu li matulu l-BĊE jista’ juża s-servizzi tal-istess ħaddiem temporanju għall-kompiti ta’ natura amministrattiva u segretarjali hija annullata.

    2)

    Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

    3)

    Il-BĊE għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess kif ukoll tliet kwarti tall-ispejjeż tal-Organizzazzjoni tal-impjegati mal-istituzzjonijiet Ewropej u internazzjonali fir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (IPSO). L-IPSO għandha tbati kwart tal-ispejjeż tagħha stess.


    (1)  ĠU C 431, 1.12.2014.


    Top