Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TA0439

    Kawża T-439/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Lulju 2018 – LS Cable & System vs Il-Kummissjoni (“Kompetizzjoni — Akkordji — Suq Ewropew tal-kejbils tal-elettriku — Ksur uniku u kontinwat — Prova suffiċjenti — Kontribut għall-uniku għan tal-ksur — Konoxxenza tal-elementi prinċipali tal-ksur — Kalkolu tal-ammont tal-multa — Ammont bażiku — Paragrafu 18 tal-Linji Gwida — Gravità tal-ksur — Proporzjonalità — Ċirkustanzi attenwanti — Ġurisdizzjoni sħiħa”)

    ĠU C 328, 17.9.2018, p. 33–34 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    17.9.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 328/33


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Lulju 2018 – LS Cable & System vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-439/14) (1)

    ((“Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Ewropew tal-kejbils tal-elettriku - Ksur uniku u kontinwat - Prova suffiċjenti - Kontribut għall-uniku għan tal-ksur - Konoxxenza tal-elementi prinċipali tal-ksur - Kalkolu tal-ammont tal-multa - Ammont bażiku - Paragrafu 18 tal-Linji Gwida - Gravità tal-ksur - Proporzjonalità - Ċirkustanzi attenwanti - Ġurisdizzjoni sħiħa”))

    (2018/C 328/44)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: LS Cable & System Ltd (Anyang-si, il-Korea t’Isfel) (rappreżentanti: S. Kinsella u S. Spinks, solicitors)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment C. Giolito, A. Biolan u N. Khan, sussegwentment N. Khan u H. van Vliet, aġenti, assistiti minn de B. Rayment, barrister)

    Suġġett

    Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2014) 2139 finali tat-2 ta’ April 2014 li tirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 101 [TFUE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim [ŻEE] (Każ AT.39610 – Kejbils tal-Elettriku), sa fejn din tikkonċerna lir-rikorrenti, u, min-naħa l-oħra, għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuqha.

    Dispożittiv

    1.

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2.

    LS Cable & System Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 282, 25.8.2014.


    Top