Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TA0418

    Kawża T-418/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Ottubru 2016 – Sina Bank vs Il-Kunsill “Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Iran bil-għan li tiġi evitata l-proliferazzjoni nukleari — Iffriżar ta’ fondi — Rikors għal annullament — Terminu tar-rikors — Adattament tal-konklużjonijiet — Ammissibbiltà — Obbligu ta’ motivazzjoni — Drittijiet tad-difiża — Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva — Żball manifest ta’ evalwazzjoni — Modulazzjoni tal-effetti ratione temporis ta’ annullament”

    ĠU C 441, 28.11.2016, p. 16–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    28.11.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 441/16


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Ottubru 2016 – Sina Bank vs Il-Kunsill

    (Kawża T-418/14) (1)

    (“Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Iran bil-għan li tiġi evitata l-proliferazzjoni nukleari - Iffriżar ta’ fondi - Rikors għal annullament - Terminu tar-rikors - Adattament tal-konklużjonijiet - Ammissibbiltà - Obbligu ta’ motivazzjoni - Drittijiet tad-difiża - Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Modulazzjoni tal-effetti ratione temporis ta’ annullament”)

    (2016/C 441/20)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Sina Bank (Teheran, l-Iran) (rappreżentanti: B. Mettetal u C. Wucher-North, avukati)

    Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Driessen u D. Gicheva, aġenti)

    Suġġett

    Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament, minn naħa, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill, kif tirriżulta mill-avviż tal-15 ta’ Marzu 2014 għall-attenzjoni ta’ persuni u entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/143/PESK u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU 2014, C 77, p. 1), li żżomm l-inklużjoni tal-isem tar-rikorrenti fil-lista fl-Anness II tad- Deċiżjoni tal-Kunsill tas-26 ta’ Lulju 2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK (ĠU 2010, L 195, p. 39), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/644/PESK tal-25 ta’ Ottubru 2010 (ĠU 2010, L 281, p. 81), u l-Anness IX tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012, tat-23 ta’ Marzu 2012, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010 (ĠU 2012, L 88, p. 1), u, min-naħa l-oħra, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/776/PESK, tas-7 ta’ Novembru 2014, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU 2014, L 325, p. 19), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1202/2014, tas-7 ta’ Novembru 2014, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU 2014, L 325, p. 3), tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1008, tal-25 ta’ Ġunju 2015, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK (ĠU 2015, L 161, p. 19), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1001, tal-25 ta’ Ġunju 2015, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 (ĠU 2015, L 161, p. 1), sakemm dawn l-atti jżommu l-inklużjoni ta’ isem ir-rikorrent fil-lista li tinsab tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2010/413, kif emendata bid-Deċiżjoni 2010/644, u fl-Anness IX tar-Regolament Nru 267/2012.

    Dispożittiv

    1)

    Id-deċiżjoni tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, kif tirriżulta mill-Avviż tal-15 ta’ Marzu 2014 għall-attenzjoni ta’ persuni u entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK u mir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012, li tinżamm l-inklużjoni ta’ isem Sina Bank fil-lista li tinsab fl-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK, tas-26 ta’ Lulju 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/644/PESK, tal-25 ta’ Ottubru 2010, u fl-Anness IX tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012, tat-23 ta’ Marzu 2012, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010, hija annullata.

    2)

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/776/PESK, tas-7 ta’ Novembru 2014, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1203/2013, tas-26 ta’ Novembru 2013, li jimplimenta r-Regolament Nru 267/2012, id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1008, tal-25 ta’ Ġunju 2015, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK, u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1001, tal-25 ta’ Ġunju 2015, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012, huma annullati sa fejn żammew l-inklużjoni ta’ isem Sina Bank fil-lista li tinsab fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2010/413, kif emendata bid-Deċiżjoni 2010/644, jew fl-Anness IX tar-Regolament Nru 267/2012.

    3)

    L-effetti tad-Deċiżjoni 2015/1008 għandhom jinżammu, f’dak li jirrigwarda Sina Bank, mid-data tad-dħul tagħha fis-seħħ sad-data tal-iskadenza tat-terminu tal-appell minn din is-sentenza, previst fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 56, tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, jew, jekk ikun ġie ppreżentat appell f’dan it-terminu minn din is-sentenza, sad-data ta’ meta jiġi miċħud dan l-appell.

    4)

    Il-Kunsill huwa kkundannat għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 282, 25.8.2014.


    Top