Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TA0118

    Kawża T-118/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Settembru 2016 – LDC Argentina vs Il-Kunsill [“Dumping — Importazzjonijiet ta’ biodiesel li joriġina mill-Arġentina — Dazju antidumping definittiv — Artikolu 2(5) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 — Valur normali — Spejjeż tal-produzzjoni”]

    ĠU C 402, 31.10.2016, p. 31–32 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    31.10.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 402/31


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Settembru 2016 – LDC Argentina vs Il-Kunsill

    (Kawża T-118/14) (1)

    ([“Dumping - Importazzjonijiet ta’ biodiesel li joriġina mill-Arġentina - Dazju antidumping definittiv - Artikolu 2(5) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 - Valur normali - Spejjeż tal-produzzjoni”])

    (2016/C 402/34)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: LDC Argentina SA (Buenos Aires, Argentina) (rappreżentanti: J.-F. Bellis, R. Luff u G. Bathory, avukati)

    Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment S. Boelaert u B. Driessen, sussegwentement H. Marcos Fraile, aġenti, assistiti minn R. Bierwagen u C. Hipp, avukati)

    Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. França u A. Stobiecka-Kuik, aġenti) u European Biodiesel Board (EBB) (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: O. Prost u M.-S. Dibling, avukati)

    Suġġett

    Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1194/2013, tad-19 ta’ Novembru 2013, li jimponi dazju antidumping definittiv u li jiġbor definittivament id-dazju provviżorju impost fuq importazzjonijiet tal-bijodiżil li joriġinaw mill-Arġentina u l-Indoneżja (ĠU 2013, L 315, p. 2), sa fejn jimponi dazju antidumping fuq ir-rikorrenti.

    Dispożittiv

    1)

    L-Artikoli 1 u 2 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1194/2013, tad-19 ta’ Novembru 2013, li jimponi dazju antidumping definittiv u li jiġbor definittivament id-dazju provviżorju impost fuq importazzjonijiet tal-bijodiżil li joriġinaw mill-Arġentina u l-Indoneżja, huma annullati sa fejn jikkonċernaw lil LDC Argentina SA.

    2)

    Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess kif ukoll dak sostnuti minn LDC Argentina.

    3)

    Il-Kummissjoni Ewropea u l-European Biodiesel Board (EBB) għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess.


    (1)  ĠU C 151, 19.5.2014.


    Top