This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62014FN0119
Case F-119/14: Action brought on 24 October 2014 — ZZ v Commission
Kawża F-119/14: Rikors ippreżentat fl- 24 ta’ Ottubru 2014 – ZZ vs Il-Kummissjoni
Kawża F-119/14: Rikors ippreżentat fl- 24 ta’ Ottubru 2014 – ZZ vs Il-Kummissjoni
ĠU C 7, 12.1.2015, pp. 56–57
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
12.1.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 7/56 |
Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Ottubru 2014 – ZZ vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-119/14)
(2015/C 007/71)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: L. Levi u A. Blot, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni
Suġġett
Annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li ttemm il-proċedura mibdija bil-għan li r-rikorrenti tinħatar bħala uffiċjal, billi din tal-aħħar tniżżlet f’lista ta’ riżerva ta’ kompetizzjoni, wara li informatha li d-DĠ ikkonċernat kien ta l-kunsens tiegħu sabiex ir-rikorrenti tiġi rreklutata, u wara li qieset li l-esperjenza professjonali tagħha ma kinitx suffiċjenti.
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
Jannulla d-deċiżjoni tas-17 ta’ Diċembru 2013, li permezz tagħha d-Direttorat Ġenerali tar-Riżorsi Umani (“DG HR”) tal-Kummissjoni Ewropea, fil-kwalità tiegħu ta’ Awtorità tal-Ħatra, irrifjuta li jirrikluta lir-rikorrenti bħala uffiċjal mad-Direttorat Ġenerali tal-Ġustizzja u tal-Affarijiet Interni (“DG JUST”); |
|
— |
jannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra tal-14 ta’ Lulju 2004 li tiċħad l-ilment imressaq mir-rikorrenti kontra d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra tas-17 ta’ Diċembru 2013; |
|
— |
jikkundanna lill-konvenuta għall-ħlas ta’ EUR 26 132 ,85, flimkien mal-interessi moratorji, u għall-ħlas tal-kontribuzzjonijiet fl-iskema ta’ pensjoni b’effett mix-xahar ta’ Settembru 2013; |
|
— |
jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ħlas ta’ ewro bħala dannu morali; |
|
— |
jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż kollha. |