Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014FN0115

    Kawża F-115/14: Rikors ippreżentat fit- 22 ta’ Ottubru 2014 – ZZ vs Il-Kummissjoni

    ĠU C 7, 12.1.2015, p. 55–56 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    12.1.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 7/55


    Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Ottubru 2014 – ZZ vs Il-Kummissjoni

    (Kawża F-115/14)

    (2015/C 007/69)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: ZZ (rappreżentant: S. Orlandi, avukat)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni

    Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

    Minn naħa, il-konstatazzjoni tal-illegalità tal-Artikolu 9 tad-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni tal-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal tat-3 ta’ Marzu 2011, u, min-naħa l-oħra, l-annullament tad-deċiżjonijiet li jiġu akkreditati d-drittijiet għall-pensjoni miksuba mir-rikorrenti fl-iskema ta’ pensjoni tal-Unjoni b’applikazzjoni tad-DGI il-ġodda.

    Talbiet tar-rikorrenti

    tiddikjara illegali l-Artikolu 9 tad-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni tal-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal;

    tannulla d-deċiżjoni tal-31 ta’ Jannar u dik tat-13 ta’ Marzu 2014 li jiġu akkreditati d-drittijiet għall-pensjoni miksuba mir-rikorrenti qabel id-dħul fis-servizz tagħha, fil-kuntest tat-trasferiment tagħhom fl-iskema ta’ pensjoni tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, skont id-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni tal-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal tat-3 ta’ Marzu 2011;

    tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.


    Top