EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014FN0101

Kawża F-101/14: Rikors ippreżentat fis- 6 ta’ Ottubru 2014 – ZZ vs UASI

ĠU C 7, 12.1.2015, p. 50–51 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

12.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 7/50


Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Ottubru 2014 – ZZ vs UASI

(Kawża F-101/14)

(2015/C 007/60)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ (rappreżentant: Heinrich Tettemborn, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI)

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

Annullament tad-deċiżjoni tal-konvenut li japplika l-klawżola inkluża fil-kuntratt ta’ reklutaġġ tar-rikorrenti, li tipprevedi r-rexissjoni tal-kuntratt ta’ reklutaġġ tal-imsemmija rikorrenti fil-każ li hija ma tiġix inkluża fil-lista ta’ riżerva tal-kompetizzjoni ġenerali segwenti organizzata mill-EPSO għall-grupp ta’ funzjonijiet tagħha fis-settur speċjalizzat tal-proprjetà industrijali, għall-kompetizzjonijiet UASI/AD/01/13 u UASI/AST/02/13, u talba għad-danni morali u immaterjali sostnuti.

Talbiet tar-rikorrenti

jannulla d-deċiżjoni tal-UASI, innotifikata lir-rikorrenti b’ittra tat-28 ta’ Novembru 2003, li japplika l-klawżola inkluża fl-Artikolu 5 tal-kuntratt ta’ reklutaġġ tar-rikorrenti li tipprevedi r-rexissjoni tal-kuntratt ta’ reklutaġġ tar-rikorrenti fil-każ li hija ma tiġix inkluża fil-lista ta’ riżerva tal-kompetizzjoni ġenerali segwenti organizzata mill-EPSO għall-grupp ta’ funzjonijiet tagħha fis-settur speċjalizzat tal-proprjetà industrijali, għall-kompetizzjonijiet ippubblikati fil-31 ta’ Ottubru 2013, UASI/AD/01/13 u UASI/AST/02/13,

jikkundanna lill-UASI jħallas kumpens lir-rikorrenti, b’ammont xieraq stabbilit fid-diskrezzjoni tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, għad-danni morali u immaterjali sostnuti minnha minħabba d-deċiżjoni msemmija fil-punt 1, u

jikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.


Top