Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014FN0098

    Kawża F-98/14: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Settembru 2014 – ZZ vs Il-Kunsill

    ĠU C 431, 1.12.2014, p. 50–50 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    1.12.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 431/50


    Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Settembru 2014 – ZZ vs Il-Kunsill

    (Kawża F-98/14)

    (2014/C 431/79)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrent: ZZ (rappreżentant: M. Velardo, avukat)

    Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

    Suġġett

    Annullament parzjali ta’ żewġ avviżi lill-persunal tal-Kunsill sa fejn dawn jorbtu l-benefiċċju tar-rimbors tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar mill-post ta’ assenjazzjoni għall-post ta’ oriġini u tal-leave għal raġuni ta’ distanza mal-allowance tar-residenza barra mill-pajjiż u tal-espatrijazzjoni u talba sabiex il-konvenut jiġi kkundannat għall-ħlas tad-danni għad-danni morali u materjali allegantament sostnuti.

    Talbiet tar-rikorrent

    jannulla skont l-Artikolu 270 TFUE id-deċiżjoni li tinsab fl-Avviż lill-Persunal (“AP”) 13/14 (Deċiżjoni Nru 2/2014), tad-9 ta’ Jannar 2014, li emenda s-sistema applikabbli għal-leave għal raġuni ta’ distanza, wara l-applikabbiltà sa mill-1 ta’ Jannar 2014 tad-dispożizzjoni li tinsab fl-Artikolu 7 tal-Anness V tar-Regolamenti tal-Persunali kif ukoll fl-Avviż lill-Persunal (“AP”) 9/14 (Deċiżjoni Nru 12/2014), li emendat is-sistema tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar wara l-applikabbiltà sa mill-1 ta’ Jannar 2014 tad-dispożizzjoni li tinsab fl-Artikolu 8 tal-Anness VII tar-Regolament tal-Persunal, emendati bir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1023/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ottubru 2013, li jemenda r-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta’ Aġenti Oħra tal-Unjoni Ewropea, ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali Nru L 287, tad-29 ta’ Ottubru 2013. It-talba għal annullament hija limitata għall-parti ta’ dawn l-AP li torbot id-dritt għall-ispejjeż tal-ivjaġġar u d-dritt għal-leave għal raġuni ta’ distanza mal-allowance tar-residenza barra mill-pajjiż jew tal-espatrijazzjoni kif ukoll mal-Artikolu 6 tal-KP9/14, li introduċa kriterji ġodda għad-determinazzjoni tal-post ta’ oriġini.

    jikkundanna lill-konvenut għall-ħlas, lir-rikorrent, ta’ ammont ta’ EUR 1 65  596,42 għad-dannu materjali sostnut kif ukoll ammont ta’ EUR 40  000 għad-dannu morali;

    jikkundanna lill-konvenut għall-ħlas tad-danni u intressi moratorji u kumpensatorji bir-rata ta’ 6,75 għad-dannu morali u materjali sostnut;

    jikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.


    Top