Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014FN0076

    Kawża F-76/14: Rikors ippreżentat fis- 7 ta’ Awwissu 2014 – ZZ vs Il-Kummissjoni

    ĠU C 388, 3.11.2014, p. 30–31 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    3.11.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 388/30


    Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Awwissu 2014 – ZZ vs Il-Kummissjoni

    (Kawża F-76/14)

    2014/C 388/38

    Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

    Partijiet

    Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: G. Suárez de Castro u M. Orman, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

    Suġġett

    L-annullament tad-deċiżjoni li isem ir-rikorrent ma jiġix inkluż fuq il-lista ta’ riżerva tal-kompetizzjoni EPSO/AD/248/13.

    Talbiet tar-rikorrenti

    Jinkludi isem ir-rikorrent fil-lista ta’ riżerva tal-imsemmija kompetizzjoni, peress li jeżisti post ħieles fl-avviż ta’ kompetizzjoni EPSO/AD/248/13 sabiex jiġu impjegati amministraturi fil-Qasam 1: sigurtà tal-bini u peress li r-rikorrent għandu marka ta’ 53,38 li hija għola mill-marka minima stabbilita mill-EPSO ta’ 51,01.

    Sussidjarjament, fid-dawl tad-diversi irregolaritajiet ikkonstatati fl-evalwazzjoni tal-eżami d, jannulla l-evalwazzjoni ta’ dan l-eżami d u l-lista tal-kandidati tiġi stabbilita mill-ġdid skont il-marki l-oħra miksuba, fejn ma ġewx ikkonstatati irregolaritajiet.

    Fil-każ li t-talba tiġi milqugħa jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.


    Top